Tagħlim għall-Familji NIACE

L-Inkjesta dwar it-Tagħlim għall-Familji ta' NIACE għall-Ingilterra u għal Wales turi li meta l-ġenituri/il-kustodji tat-tfal jaċċessaw il-faċilità tat-Tagħlim għall-Familja hemm impatt pożittiv f'firxa ta' oqsma ta' politika trasversali li jaffettwaw il-ħajja tal-familji. Dan l-impatt aktarx li jnaqqas it-tluq bikri mill-iskola minħabba l-effett li għandu fuq il-familji u jipprovdi ritorn fuq l-investiment lis-soċjetà għal ħafna drabi.

'Tagħlim għall-familja' jirreferi għal kwalunkwe attività ta' tagħlim li tinvolvi kemm lit-tfal kif ukoll lill-membri adulti tal-familja, fejn huma mistennija eżiti tat-tagħlim għat-tnejn li huma, u li tikkontribwixxi għal kultura ta' tagħlim fil-familja.

L-istudji juru li l-involviment tal-ġenituri fl-iskola huwa aktar minn erba' darbiet importanti mill-klassi soċjoekonomika fl-influwenzar tal-prestazzjoni akkademika ta' żgħażagħ ta' 16-il sena. Dan huwa rilevanti ħafna f'termini ta' tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola peress li ħafna mill-interventi kkunsidrati biex jindirizzaw dan il-fenomenu huma ffukati fuq miżuri relatati mas-suċċess u mal-klassi soċjoekonomika b'mod limitat għal attività diretta fil-klassi. It-Tagħlim għall-Familja huwa mod stabbilit sew, ta' impatt għoli u kosteffettiv li jippermetti l-involviment tal-ġenituri b'mod li jindirizza direttament il-fatturi li jwasslu għat-tluq bikri mill-iskola.

It-Tagħlim għall-Familja jindirizza dan il-fatt u jsaħħaħ il-messaġġ li biex jonqos il-fenomenu tat-tluq bikri mill-iskola, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom iħarsu lil hinn mill-bini tal-iskola. L-ewwel nett jeħtieġ li jinvestu fl-interventi fil-komunità usa' u t-tieni, bl-għajnuna tal-imsieħba rilevanti, jenfasizzaw l-interfaċċa bejn dak li jiġri fil-klassi u l-opportunitajiet ta' tagħlim lil hinn mill-bieb tal-iskola. Dan tal-aħħar jinkludi attivitajiet li jappoġġjaw it-tranżizzjoni bejn l-ambjent tas-snin bikrija u l-iskejjel primarji.

 Għal aktar tagħrif dwar it-Tagħlim għall-Familja jekk jogħġbok ikkuntattja lil Susannah Chambers, il-Kap tal-Family & Intergenerational Learning f'NIACE permezz tal-posta elettronika fuq Susannah.Chambers@niace.org.uk

Tip
Document
Pajjiż
Renju Unit
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Pre-school; Primary; Secondary
Livel ta' intervent
Universal
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
Local funding; National government; Private funding

Kummenti

Żid kumment

Din ir-riżorsa hija parti mill-oqsma / suboqsma li ġejjin :