Flimkien sat-Tmiem

Dan il-proġett fi Fjandra, il-Belġju, huwa speċifikament immirat biex jintroduċi kultura ta' skola u firxa ta' miżuri biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tas-sena bl-għan li t-tfal kollha jkollhom suċċess u jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola.

'Flimkien sat-Tmiem' (Samen tot aan de meet) beda bħala segwitu għal proġett ta' riċerka, 'Qatt ma nirrepetu sena', iffinanzjat mill-belt ta' Antwerp. Għall-ewwel dan kien ippubblikat bħala ktieb dwar l-alternattivi għar-ripetizzjoni tas-sena. Flimkien sat-Tmiem wassal għall-pubblikazzjoni ta' żewġ kotba oħra ta' prattiki tajbin, maħsuba bħala ispirazzjoni għall-kapijiet tal-iskejjel, għat-timijiet tal-iskejjel, għalliema u oħrajn li qed ifittxu approċċi alternattivi għar-ripetizzjoni tas-sena. Il-kotba jikkonsistu f'ħarsa ġenerali internazzjonali lejn ir-riċerka xjentifika fuq ir-ripetizzjoni, approċċi didattiċi ġodda u prattiki maniġerjali fl-iskejjel. Jipprovdu wkoll informazzjoni speċifika dwar kif l-iskejjel jistgħu jimplimentaw alternattivi għar-ripetizzjoni tas-sena u jipproponu sett ta' prattiki tajbin.

L-għan tal-proġett kien li jinġabru msieħba fl-edukazzjoni f'Antwerp f'‘esperiment’, li fih jippruvaw inaqqsu r-ripetizzjoni tas-sena billi jibdlu s-sistema sena b'sena u l-gruppi omoġenji tagħha, ma' sistema li fiha t-tfal minn sentejn u nofs sa 14-il sena jkomplu l-karriera tagħhom fl-iskola mingħajr ma jirrepetu xi sena.

Fil-prattika, l-iskejjel kollha jirċievu l-kotba mill-Belt ta' Antwerp u huma mħeġġa jimplimentaw il-proċess tal-bidla (il-metodi u l-prattiki proposti) fl-iskola tagħhom. L-iskejjel interessati jirċievu appoġġ bla ħlas dwar kif jiżviluppaw il-politika tal-iskola u kif jistabbilixxu metodi li jiffukaw fuq il-parteċipazzjoni tat-tim kollu tal-iskola (tmexxija kondiviża u għanijiet komuni). Barra minn hekk, il-Bord tal-Iskola jingħata taħriġ fl-ikkowċjar (sabiex jiżguraw li din il-viżjoni u l-metodu jistgħu jitwasslu lill-għalliema l-oħrajn u lill-istudenti), dwar kif ilaħħqu mal-ostakli waqt il-proċess tal-bidla.

Tip
Practice
Pajjiż
Belġju
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Primary; Secondary
Livel ta' intervent
Targeted; Universal
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
Local funding; National government

Kummenti

Żid kumment