QAFAS TA' KOOPERAZZJONI TA' PARTIJIET IKKONĊERNATI LOKALI

F'sistema b'livelli għoljin ta' awtonomija skolastika bħal dik tal-Fjandri, il-Ministeru tal-Edukazzjoni tal-Fjandri qiegħed jaħdem biex jistabbilixxi qafas b'linji gwida ċari għal skejjel u awtoritajiet lokali (li huma dawk responsabbli għall-edukazzjoni skolastika) fuq kif jistabbilixxu netwerks ta' kooperazzjoni lokali. Il-prerekwiżiti ewlenin ta' kooperazzjoni lokali tajba huma: rwoli u responsabbiltajiet ċari, miri realistiċi, involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, żvilupp ta' azzjonijiet lokali.

L-ewwel pass bex jinbena netwerk effettiv ta' partijiet kkonċernati lokali huwa l-immapjar tal-partijiet ikkonċernati kollha fir-reġjun sabiex jiġu definiti rwoli u responsabbiltajiet. Dan jipprovdi kjarifika għall-iskejjel u l-partijiet ikkonċernati lokali l-oħrajn kollha dwar min jista' jipprovdi liema tip ta' assistenza, min jista' jieħu responsabbiltà u kif jistgħu jifformaw parti mill-ġlieda lokali kontra l-iskartar u t-tluq bikri mill-iskola. Matul dan il-pass huwa importanti wkoll li jiġi definit min se jieħu t-tmexxija biex jiġi stabbilit qafas lokali u biex jiġbor lill-partijiet ikkonċernati kollha madwar il-mejda.

It-tieni pass huwa li jiġu definiti miri komuni flimkien mal-partijiet ikkonċernati lokali kollha. Kulħadd jiġi mistieden madwar il-mejda biex jiddiskuti l-miri li jixtiequ jistabbilixxu. Il-miri għandhom ikunu realistiċi. Huwa aħjar li tiffoka fuq xi miri milli tkun wisq ambizzjuż. Kull mira għandha tkun akkumpanjata b'indikatur u skadenza.

It-tielet pass huwa li jaqblu fuq l-ingaġġi. Min jista' jieħu liema ingaġġ biex jinkisbu liema miri u kif? Liema azzjonijiet huma bżonnjużi u min se jkun responsabbli biex isiru? F'din it-taqsima, il-linji gwida huma bbażati fuq id-dokumenti tal-UE dwar it-tluq bikri mill-iskola u l-Pjan ta' Azzjoni Fjamming biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u jkopru prevenzjoni, intervent, kumpens u monitoraġġ.

L-aħħar pass jikkonċerna ftehimiet dwar evalwazzjoni u monitoraġġ. Kif se tiġi evalwata l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni lokali? Kemm-il darba fis-sena jiltaqgħu l-partijiet ikkonċernati kollha? Kif jirraportaw il-progress lil xulxin?

Fl-aħħar tal-eżerċizzju sar ċar li minbarra dan l-istrument tal-qafas lokali, il-partijiet ikkonċernati lokali riedu xi ispirazzjoni dwar x'tip ta' ftehimiet jistgħu jieħdu, x'jaħdem fil-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola, min huma l-persuni li jitilqu kmieni mill-iskola? Għalhekk qiegħda tiġi żviluppata gwida ta' ispirazzjoni għall-partijiet ikkonċernati lokali biex tgħinhom ipoġġu l-qafas fis-seħħ.

L-eżerċizzju wera li l-imsieħba lokali għandhom bżonn jipprovdu politika lokali u pjan ta' azzjoni kontra t-tluq bikri mill-iskola, inkluż rwoli ċari u responsabbiltajiet tal-partijiet kkonċernati kollha, miri realistiċi bi prijoritajiet, ftehimiet dwar ingaġġ u kif jinkisbu l-miri u deċiżjonijiet ċari dwar kif tiġi evalwata u segwita l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet differenti.

Madankollu, huwa diffiċli li timplimenta l-qafas fil-prattika. Awtoritajiet lokali huma meħtieġa li jieħdu l-inizjattiva, madankollu, mhuwiex ċert li huma l-aħjar sieħeb biex jagħmlu dan u li huma lesti li jagħmluh mingħajr finanzjament addizzjonali. X’se jagħmlu l-iskejjel? Fil-Fjandri, tradizzjonalment l-iskejjel huma indipendenti u awtonomi ħafna u mhumiex imdorrijin iħallu msieħba esterni fil-faċilitajiet tagħhom. Madankollu, l-għan ta' dan l-istrument fuq perjodu ta' żmien twil huwa li jimmobilizza l-imsieħba lokali kollha u flimkien jindirizzaw it-tluq bikri mill-iskola.

Tip
Practice
Pajjiż
Belġju
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Pre-school; Primary; Secondary
Livel ta' intervent
Individual; Targeted; Universal
Intensità tal-intervent
N/A
Sorsi ta' finanzjament
Local funding; National government

Kummenti

Żid kumment

Din ir-riżorsa hija parti mill-oqsma / suboqsma li ġejjin :