GWIDA GĦALL-ĦIDMA MAL-FAMILJI ROM

Il-'Gwida għall-ħidma mal-Familji Rom lejn il-kisba tas-suċċess ta' wliedhom fl-iskola', żviluppata fil-kuntest tal-proġett Tat-Tagħlim Tul il-Ħajja "Il-Familji Rom Jinvolvu Ruħhom", hija disponibbli bl-Ingliż kif ukoll fil-lingwi tal-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem fil-proġett (il-Bulgarija, l-Ungerija, ir-Rumanija u Spanja). Il-Gwida għandha l-għan li tipprovdi gwida għall-professjonisti li jaħdmu fuq il-post sabiex jinvolvu lill-familji Rom fil-proċessi edukattivi tat-tfal tagħhom. Din tippreżenta għodda metodoloġika għall-intervent fost il-familji Rom fl-ambjent tal-iskola u tipproponi azzjonijiet biex jingħelbu sfidi komuni, jingħataw eżempji ta' prattiki tajba, twissijiet u affarijiet li wieħed għandu jevita. Tesplora wkoll il-profil u l-kompetenzi għall-professjonisti li jaħdmu fil-qasam.
- Fajls
- Guide for working with Roma families
- Links
- Project website
Kummenti
Żid kumment
Biex iżżid kumment jeħtieġ li tkun illogjat.