GWIDA GĦALL-MEDJATURI TAL-ISKEJJEL ROM

Il-'Gwida għall-medjaturi/assistenti tal-iskejjel Rom', imħejjija mill-Kunsill tal-Ewropa, hija mmirata l-aktar għall-kategoriji kollha ta' persunal mill-komunità Rom li jaħdmu biex itejbu l-kundizzjonijiet ta' tagħlim għat-tfal Rom. Hija maħsuba sabiex tipprovdi lill-persunal b'firxa wiesgħa ta' għodod u linji gwida prattiċi li jistgħu jkunu adattati għal kuntesti differenti. Il-gwida tikkunsidra l-profili tal-medjaturi u tal-assistenti tal-iskejjel u r-rwol tagħhom fl-iffaċilitar tar-relazzjonijiet bejn l-iskola u l-komunita(jiet) Rom, bejn l-għalliema u persunal ieħor tal-iskola u l-ġenituri ta' tfal Rom. Il-kontenut tal-gwida huwa għalhekk imfassal sabiex itejjeb ix-xogħol tal-medjaturi u tal-assistenti tal-iskejjel Rom u jnaqqas l-impatt ta' kwalunkwe effett mhux mixtieq billi jipprovdi attività strutturata minn jum għal jum u jenfasizza aspetti ta' medjazzjoni li ħafna drabi fil-prattika ma jintużawx.

Tip
Document
Pajjiż
Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; FYROM (Maċedonja); Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Primary; Secondary
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
N/A
Sorsi ta' finanzjament
N/A

Kummenti

Żid kumment