In-Netwerk Ewropew Kontra l-Ibbuljar fl-Ambjenti tat-Tagħlim u d-Divertiment (ENABLE)

Dan il-proġett tfassal biex isostni l-iżvilupp tal-ħiliet tat-Tagħlim Soċjo-Emozzjonali (SEL) fost it-tfal ta’ bejn il-11 u l-14-il sena, u sabiex iħeġġeġ l-Appoġġ bejn il-Pari biex jiġi indirizzat u jitnaqqas l-ibbuljar. Il-Programmi SEL itejbu l-ħiliet soċjali, emozzjonali u akkademiċi tal-istudenti, li jinkludu imġiba aktar prosoċjali u attitudnijiet pożittivi lejhom infushom u lejn ħaddieħor, u livelli aktar baxxi ta’ tbatija emottiva. Is-sistemi ta’ appoġġ bejn il-pari jnaqqsu l-impatt negattiv tal-ibbuljar fuq il-vittmi u jagħmluha aktar faċli għall-vittmi li jaċċettaw li jirrapportawh. Dan isir b’segwiment ta’ approċċ li jinkludi skola fil-kompletezza tagħha bl-inklużjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-persunal, il-ġenituri u l-komunuità estensiva. Għaldaqstant, dan il-programm jitbiegħed mill-viżjoni bidimensjonali tal-bullying bħala kwistjoni ta’ vittma u bully, u minflok iħares lejn id-dinamika soċjali u tal-grupp fi skola jew f’ambjent tad-divertiment ħalli jindirizza firxa ta’ fatturi li jikkontribwixxu għall-bullying. ENABLE ħarreġ tim ta’ Ambaxxaturi f’kull pajjiż parteċipant, li huma disponibbli sabiex jipprovdu tagħrif u gwida lil kull skola jew organizzazzjoni li tixtieq timplimenta l-programm.

Tip
Practice
Pajjiż
Belġju; Danimarka; Greċja; Kroazja; Renju Unit; Rumanija
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Secondary
Livel ta' intervent
Universal
Intensità tal-intervent
Periodic
Sorsi ta' finanzjament
European Funding; Private funding

Kummenti

Żid kumment