L-ikkowċjar intensiv jgħin inaqqas it-tluq bikri mill-iskola?

Riċerka li saret fin-Netherlands uriet li sena ta' kkowċjar intensiv probabbilment tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola b'aktar minn 40% u tagħti benefiċċju soċjali nett. Il-grupp destinatarju ta' studenti kien il-popolazzjoni ġenerali ta' studenti f'edukazzjoni vokazzjonali intermedja. Ir-riżultati jissuġġerixxu li l-akbar benefiċċji jidhru fl-ewwel sena ta' kkowċjar u l-effetti huma l-akbar għal studenti bi probabbiltà ex-ante akbar li jitilqu kmieni mill-iskola. Eżempji ta' kkowċjar huma ħidma fuq il-ħiliet ta' studju (eż., ippjanar u organizzazzjoni), konsulenza f'każ ta' problemi personali u kuntatt mal-ġenituri. Kemm azzjonijiet preventivi (qabel it-tluq bikri mill-iskola) u kemm azzjonijiet kurattivi (fost persuni li telqu kmieni mill-iskola) tal-kowċijiet kienu effettivi u flimkien irriżultaw fi tnaqqis sostanzjali ta' tluq bikri mill-iskola.
Kummenti
Żid kumment
Biex iżżid kumment jeħtieġ li tkun illogjat.