Moduli ITE dwar "Kif tgħallem tfal bilingwi" u "Edukazzjoni ġenerali/studji tal-Kristjaneżmu, filosofija tal-ħajja u ċittadinanza"

L-għan ta' dan il-modulu dwar "Kif tgħallem tfal bilingwi" huwa li jipprepara lill-għalliema futuri kollha fid-Danimarka biex jgħallmu tfal bilingwi. Il-modulu jimmira li jipprepara għalliema futuri biex jidentifikaw sfidi fl-edukazzjoni relatati mat-tieni lingwa (tal-istat) fit-tagħlim ta' għarfien ta' suġġett u jiffavorixxu l-iżvilupp lingwistiku u akkademiku ta' studenti bilingwi fi klassijiet b'divesità lingwistika. Il-modulu dwar 'Edukazzjoni ġenerali/KLM' jimmira li jipprepara lill-għalliema futuri kollha fid-Danimarka biex ikunu kapaċi jinterpretaw l-għanijiet ta' skola pubblika, l-iżvilupp ta' etika professjonali u jegħlbu sfidi kkumplikati fix-xogħol ta' għalliem fil-kuntest tad-diversità kulturali, abbażi tal-valuri, u reliġjuża. Dan għandu l-għan li għalliema futuri "b'mod sottili u riflettiv, (...) jirrelataw ma' sfidi etniċi, politiċi, demokratiċi u reliġjużi assoċjati mal-edukazzjoni, l-involvimennt tal-ġenituri u l-iskola f'soċjetà globalizzata". Il-miżuri huma t-tnejn obbligatorji fil-kulleġġi universitarji kollha fid-Danimarka li jipprovdu ITE.

Tip
Practice
Pajjiż
Danimarka
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Primary; Secondary
Livel ta' intervent
Universal
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
National government

Kummenti

Żid kumment