Appoġġ għall-Għoti tas-Setgħa u l-Integrazzjoni tal-Familji Refuġjati (SOFIE)
Stampa: SOFIE project logo
SOFIE kien proġett tal-Erasmus+ ta’ sentejn u nofs li indirizza l-ħtieġa fil-livell Ewropew tal-integrazzjoni soċjali tal-familji refuġjati, bħala waħda mill-aktar miri vulnerabbli għas-soċjetajiet ospitanti. L-imsieħba tal-proġett mill-Awstrija, l-Italja, Ċipru, it-Turkija u l-Iżvezja ngħaqdu flimkien biex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali, soċjali u kulturali tal-migranti u r-refuġjati.
Għal dan il-għan, il-proġetti ħadmu biex
- joħolqu sett olistiku ta’ għodod, gwidi tal-aħjar prattika u kurrikuli għat-taħriġ biex jappoġġjaw il-proċess ta’ inklużjoni bl-aktar mod effettiv.
- jappoġġjaw l-interazzjoni bejn l-omm u t-tfal għall-proċess tat-tagħlim tat-tieni lingwa.
- iżidu t-taħriġ ta’ ħarrieġa u voluntiera li jaħdmu mar-refuġjati.
Ir-riżrultat tal-proġett jinkludi:
- Linji gwida għall-Aħjar Prattika ta’ Inklużjoni bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet tal-familji refuġjati.
- Taħriġ għall-ommijiet u t-tfal iffokat fuq it-trawwim tal-ħiliet lingwistiċi u l-integrazzjoni tal-familji refuġjati.
- Taħriġ ta’ ħarrieġa għal edukaturi adulti, għalliema tat-tieni lingwa, ħaddiema soċjali u ħarrieġa li jaħdmu ma’ nisa u tfal refuġjati.
- Gwida għall-aħjar prattika u taħriġ online għall-buddying/mentoring.
- Links
- Project website
- Tip
- Practice (direct evidence)
- Pajjiż
- Awstrija; Italja; Turkija; Ċipru
- Lingwa
- BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR
- Livell tal-iskola
- Primarja; Qabel l-iskola; Sekondarja
- Livel ta' intervent
- Targeted
- Intensità tal-intervent
- Periodic
- Sorsi ta' finanzjament
- European Funding
Kummenti
Żid kumment
Biex iżżid kumment jeħtieġ li tkun illogjat.