Junior Job Coach – Nappoġġaw l-ewwel passi fil-ħajja tax-xogħol

Stampa: Project logo

Il-proġett Junior Job Coach inħoloq biex jgħin lill-istudenti żgħażagħ vulnerabbli li forsi ma jkollhomx esperjenza u ħiliet soċjali meta jidħlu għall-ewwel fil-post tax-xogħol. Il-proġett iqabbilhom bir-reqqa ma’ junior coach imħarreġ sew li ’l bogħod mill-post tax-xogħol jista’ joffri appoġġ u pariri immedjati.

Il-proġett twaqqaf biex jevita lill-istudenti żvantaġġati li jidħlu fil-forza tax-xogħol milli jitilqu mix-xogħol ta’ apprendistat tagħhom abel iż-żmien billi jipprovdi junior coach imħarreġ sew għall studenti f’riskju. Student jista’ jitlob lill-coach tiegħu għall-appoġġ fuq il-post tax-xogħol billi juża midja soċjali bħal WhatsApp u testi, biex kwalunkwe problema jew diffikultà jsiru maniġġabbli u l-istudent f’riskju dejjem ikollu “ħabib” viċin fuq min jista’ jistrieħ.

Il-websajt tal-proġett joffri diversi materjali b’xejn bl-Ingliż, bl-Olandiż, bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż u bir-Rumen, inkluż gwida għall-implimentazzjoni; il-Qafas ta’ Kompetenza għall-coaches tal-pari; programm ta’ taħriġ flessibbli u modulari għal junior job coaches; u sett ta’ għodod għal min iħaddem biex jikkumplimenta u jsaħħaħ l-istrutturi ta’ appoġġ tagħhom għall-impjegati l-ġodda.

Il-proġett ingħata premju bħala Prattika Tajba tal-Erasmus+.

Tip
Practice (indirect evidence)
Pajjiż
Awstrija; Olanda; Renju Unit; Rumanija; Spanja
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR
Livell tal-iskola
Sekondarja
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
European Funding

Kummenti

Żid kumment