Politika tal-Privatezza

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura ("DĠ EAC"), l- Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura ("EACEA") kif ukoll EUN Partnership (“EUN”) bħala fornitur tas-servizz tal-EACEA huma impenjati li jippreservaw il-privatezza tiegħek.

Il-pjattaforma ta’ School Education Gateway tiġbor u tipproċessa data personali ulerjuri skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 dwar il-protezzjoni tad-data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni[i] (“ir-regolament dwar il-protezzjoni tad-data”). Id-data kollha tinġabar f’bażi ta’ data ospitata fl-Unjoni Ewropea.

Napprezzaw il-fiduċja tiegħek u rridu niżguraw li tifhem il-politiki u l-prattiki tagħna fir-rigward tal-protezzjoni tad-data tiegħek fuq il-pjattaforma ta’ School Education Gateway.

1. Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek (kontrollur tad-data)?

Il-kontrollur tad-data huwa l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, Avenue du Bourget 1, BE-1149 Brussell.

Il-persuna nominata bħala responsabbli għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar hija: 

Kap tal-Unità A5 tal-EACEA 
Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura
Avenue du Bourget 1, BE-1049 Brussell
Email: eacea-eplus-etwinning@ec.europa.eu

2. Liema data personali hija pproċessata u kif?

A. Profil tal-utent: Informazzjoni personali u tal-organizzazzjoni

Id-data personali li ġejja hija pproċessata fil-kuntest ta’ School Education Gateway meta utent joħloq kont għall-pjattaforma.

Jekk jagħżlu dan, il-membri jistgħu wkoll jiġu affiljati ma’ organizzazzjoni waħda jew aktar.

It-tabella li ġejja turi liema data hija mandatorja u liema fakultattiva minn individwi u minn organizzazzjonijiet meta jirreġistraw fuq School Education Gateway.

Informazzjoni Personali Informazzjoni dwar l-organizzazzjoni
Mandatorju Isem
Kunjom
Email
Tip ta’ utent
Pajjiż
Isem l-organizzazzjoni
Indirizz
Belt
Kodiċi postali
Pajjiż
Reġjun
Tip
KIP (Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant)
Persuna ta' kuntatt (link mal-profil ta’ utent eżistenti)
Fakultattiv Immaġni Deskrizzjoni
URL tal-Websajt
URL ta’ Facebook
URL ta’ Twitter
URL ta’ LinkedIn
Immaġni

B. Informazzjoni mill-parteċipazzjoni f'korsijiet online

School Education Gateway toffri lill-utenti l-opportunità li jieħdu sehem f'korsijiet online permezz tat-Teacher Academy tiegħu. L-abbonament għal kors online jeħtieġ li jinħoloq kont tal-utent fuq School Education Gateway (ara hawn fuq), iżda l-ebda informazzjoni personali addizzjonali mhija meħtieġa.

Bħala parti minn kors online, id-data li ġejja tista’ tinġabar inkluż informazzjoni identifikabbli personali:

  • Kontenut iġġenerat mill-istudenti, bħal assenjazzjonijiet sottomessi, assenjazzjonijiet ikklassifikati mill-pari u feedback tal-istudenti li qed jikklassifikaw il-pari.
  • Data tal-kors, bħalma huma t-tweġibiet tal-istudenti għall-kwiżżijiet, dħul f’forums u stħarriġ.
  • Informazzjoni bħal kummenti, ritratti, vidjos u riżorsi oħra, skambjati permezz ta’ fora pubbliċi (jew għodod ta’ komunikazzjoni simili ta’ partijiet terzi bħal Padlet jew Tricider). Dawn il-forums jistgħu jkunu fuq il-pjattaforma jew jistgħu jkunu inkorporati jew illinkjati magħhom mill-pjattaforma.
  • L-użu ta’ għodod esterni ta’ partijiet terzi huwa fakultattiv bħala parti mill-korsijiet online. Dawn l-għodod huma ġestiti minn websajts ta’ partijiet terzi li japplikaw il-politiki ta’ privatezza tagħhom stess. Meta tirreġistra magħhom il-parteċipanti jaċċettaw li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata minn dawn il-partijiet terzi (bħala kontrolluri). Aħna nagħtuk parir li tikkonsulta l-Politiki ta’ Privatezza rispettivi ta’ dawn il-websajts ta’ partijiet terzi għal informazzjoni aktar dettaljata.

L-użu ta’ għodod esterni ta’ partijiet terzi huwa fakultattiv bħala parti mill-korsijiet online. Dawn l-għodod huma ġestiti minn websajts ta’ partijiet terzi li japplikaw il-politiki ta’ privatezza tagħhom stess. Meta jirreġistraw magħhom il-parteċipanti jaċċettaw li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata minn dawn il-partijiet terzi (bħala kontrolluri). Aħna nagħtuk parir li tikkonsulta l-Politiki ta’ Privatezza rispettivi ta’ dawn il-websajts ta’ partijiet terzi għal informazzjoni aktar dettaljata.  

C. Informazzjoni minn websajts jew servizzi ta’ partijiet terzi

School Education Gateway tista’ tirċievi informazzjoni personalment identifikabbli meta l-utenti jaċċessaw jew jidħlu f’websajt ta’ parti terza li turi informazzjoni fuq il-pjattaforma, eż. Facebook, Twitter, jew Padlet. Dan jista’ jinkludi t-test u/jew l-immaġnijiet disponibbli mill-websajt ta’ parti terza.

School Education Gateway tirċievi wkoll informazzjoni personalment identifikabbli (speċifikament isem l-utent, l-ID uniku tal-utent fil-websajt ta’ parti terza u l-indirizz elettroniku tal-utent) minn websajt ta’ parti terza jekk l-utent jidħol peremzz tal-mekkaniżmu ta’ awtorizzazzjoni tal-websajt ta’ parti terza: Facebook, Twitter, Google jew LinkedIn.

Websajts ta’ partijiet terzi li jipprovdu għodod u servizzi relatati mal-korsijiet online bħal kwiżijiet online, mekkaniżmi ta’ mmarkar bejn il-pari jew funzjonalità tal-midja soċjali għall-utenti jistgħu wkoll jiġbru informazzjoni personalment identifikabbli rigward l-użu tal-individwu ta’ dak is-sit imsieħeb waqt li jkunu involuti f’attivitajiet relatati ma’ tali kors online. Il-websajts ta’ partijiet terzi jistgħu jaqsmu dik id-data ma’ School Education Gateway bl-iskop li jtejbu s-servizzi ta’ School Education Gateway, is-servizzi tal-websajt ta’ parti terza, u l-esperjenza edukattiva tal-individwu. Din id-data tinkludi informazzjoni bħall-ammont ta’ ħin li jitqatta’ fuq is-sit tal-imsieħeb u l-paġni li jaraw. L-użu ta’ għodod bħal dawn huwa dejjem fakultattiv bħala parti mill-korsijiet online.

D. Data oħra

L-utenti jistgħu wkoll jagħżlu li jibagħtu kummenti pubbliċi dwar l-artikli ppubblikati fuq il-pjattaforma. Jistgħu wkoll jagħżlu li jibagħtu kummenti, reviżjonijiet jew elenki pubbliċi taħt l-Għodod tal-Erasmus+ (Katalgu tal-Korsijiet, Opportunitajiet ta’ Mobilità u Sħubijiet Strateġiċi) f’liema każ japplikaw dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. F’dawn il-każijiet kollha, il-membri jistgħu jissottomettu informazzjoni bil-għan li jippubblikaw il-kummenti, ir-reviżjonijiet jew l-elenki tagħhom.

L-utenti għandhom jinnutaw li l-amministraturi jistgħu jaċċessaw il-messaġġi u n-notifiki tal-utenti fuq il-pjattaforma bl-iskop li jsolvu l-problemi.

L-utenti jistgħu wkoll jieħdu sehem fi stħarriġ jew webinars jew jabbonaw f’listi postali speċifiċi. F’dawn il-każijiet, ir-reġistranti jistgħu jissottomettu informazzjoni bil-għan li jipparteċipaw f’tali inizjattivi.

Informazzjoni bħal indirizz tal-IP tal-utent, fornitur tas-servizz tal-internet (ISP), brawżer tal-web, sistema operattiva, ħinijiet approssimattivi ta’ użu, sit ta’ referenza, interazzjonijiet speċifiċi tal-utent mal-funzjonalità tas-sistemi u kwalunkwe data simili skambjata bejn il-kompjuter ta’ utent u s-servers tal-pjattaforma ta’ School Education Gateway se tinġabar. Dawn ma jkunux marbuta ma’ kontijiet speċifiċi tal-utent ħlief għal traċċar ta’ attività speċifika ta’ utent f’każ ta’ ksur suspettat tat-Termini u l-Kundizzjonijiet.

Fl-aħħar nett, statistika aggregata se tinġabar regolarment, inkluż, iżda mhux limitata għall-għadd ta’ utenti matul perjodu speċifiku, korsijiet magħżula mill-utenti u l-użu tal-kont.

3. Għal liema skop nipproċessaw id-data tiegħek? 

L-ipproċessar tad-data personali huwa meħtieġ biex:

  • Jippermetti lir-reġistranti jużaw servizzi tal-pjattaforma bħal:
    • l-ippostjar ta’ kummenti, reviżjonijiet u elenki;
    • permess għal karatteristiċi differenti tal-pjattaforma bħal favoriti jew tfittxijiet issejvjati; u
    • l-arrikkiment tal-profili tal-utenti.
  • Tkun kapaċi timmaniġġja talbiet tal-helpdesk, suġġerimenti ta’ kontenut, items irrappurtati, eċċ.;
  • Tippermetti lir-reġistranti ta’ School Education Gateway jikkomunikaw u jikkollaboraw fi ispirtu ta’ fiduċja u rispett reċiproku;
  • Tippermetti u tiffaċilita attivitajiet ta’ monitoraġġ u riċerka;
  • Tiżviluppa skopijiet ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni fil-qafas tal-pjattaforma ta’ School Education Gateway u s-servizzi tagħha;
  • Tibgħat aġġornamenti u informazzjoni rilevanti lill-utenti (eż. newsletter jew ittra ta’ informazzjni lill-fornituri tal-korsijiet) relatati ma’ School Education Gateway, u tinforma lill-utenti dwar attivitajiet oħra relatati li jistgħu jkunu interessati fihom fl-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea;
  • Tippermetti lill-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-korsijiet online inkluż:
    • l-intraċċar tal-attendenza għal korsijiet ta’ taħriġ, progress u tlestija ta’ moduli minn utenti individwali;
    • l-iskambju ta’ informazzjoni u prestazzjoni identifikabbli personalment f’kors online partikolari mal-għalliema jew il-moderaturi li jgħallmu l-kors jew huma parti mit-tmexxija tal-kors;
    • li tippermetti lill-utenti jikkontribwixxu għall-korsijiet online permezz ta’ klassifikazzjoni, kummenti, bookmarks, ittikkettjar, tlestija tal-kwiżż, jieħdu sehem f’fora u għodod oħra ta’ komunikazzjoni u tlugħ tar-riżorsi tagħhom stess;
    • tippreżenta u tiġbor fil-qosor ir-riżultati ta’ kors;
    • l-użu mill-ġdid u referenzi f’fora u għodod ta’ komunikazzjoni fil-verżjonijiet kontinwi u futuri tal-korsijiet u l-komunikazzjonijiet tal-korsijiet, u biex jissaħħu l-offerti futuri tal-korsijiet;
    • l-organizzazzjoni tal-utenti f’attivitajiet ibbażati fuq gruppi jew temi.
  • Tippermetti u ttejjeb l-esperjenza tal-utent f'dan u f'proġetti futuri simili żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ kontroll tal-aċċess, traċċar tal-frekwenza tal-użu, imġieba ta’ tfittxija, preferenzi u settings;
  • Tippermetti l-ġbir, il-kategorizzazzjoni u s-sommarju tal-kontribuzzjonijiet tal-utenti fil-forums u għodod oħra ta’ diskussjoni;
  • Tipprovdi statistika aggregata, inkluża, iżda mhux limitata għan-numru ta’ utenti matul perjodu speċifiku, is-suġġetti preferuti u/jew il-pajjiżi magħżula mill-membri u l-użu tal-kont.

4. Fuq liema bażi legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew korp tal-Unjoni (li għandu jiġu stabbilit fil-Liġi tal-Unjoni) (l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament 2018/1725);

  • “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347 tal-20.12.2013, p. 50–73)
  • Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (2013/776/UE): l-Artikolu 3(a).
  • Kuntratt ta’ Servizz 2017-3597, 2017-3598 u 2017-3599 bejn l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u EUN Partnership AISBL.

L-ipproċessar li mhux kopert mill-bażijiet legali ta’ hawn fuq huwa bbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data (l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament 2018/1725).

5. Kemm indumu nżommuha d-data personali tiegħek?

Data relatata mal-istatistika u l-għanijiet tar-riċerka tinżamm għat-tul kollu ta’ School Education Gateway f’format aggregat u anonimu.

Data relatata mal-profil tal-utenti tinżamm għal massimu ta’ tliet snin wara l-aħħar dħul tal-utent. Wara tliet snin mill-aħħar dħul, il-profil tal-utent awtomatikament ikun issettjat għal inattiv, jiġifieri, ma jibqax viżibbli għal utenti oħra. Tintbagħat notifika lill-utent biex tinfurmah li l-profil tiegħu ġie ssettjat għal inattiv u li jista’ jerġa’ jattiva l-kont tiegħu billi jerġa’ jidħol fi żmien ġimagħtejn. Jekk l-utent ma jidħolx fi żmien ġimagħtejn, il-profil tiegħu se jkun diżattivat b’mod permanenti. L-informazzjoni personali kollha mbagħad issir anonima. Kull data personali li l-utent seta’ daħħal permezz ta’ għodod ta’ partijiet terzi (eż. waqt kors online meta juża għodda online esterna, bħal Facebook, Twitter jew Padlet) mhijiex taħt ir-responsabbiltà tal-kontrollur tad-data u għalhekk mhijiex kkonċernata mal-anonimizzazzjoni.

Sabiex jiġi diżattivat jew imħassar kont, ikkuntattja lill-Helpdesk fuq: support@schooleducationgateway.eu.

F’każ li l-utenti jitolbu d-diżattivazzjoni tal-profil tagħhom jew il-profil jiġi diżattivat awtomatikament, l-ebda data ma tkun viżibbli għal utenti oħra ta’ School Education Gateway. Id-data se tinżamm biss f’forma anonima li ma tippermettix l-identifikazzjoni personali. Jekk utenti bi profil diżattivat iridu jkomplu jużaw il-pjattaforma, ikollhom jerġgħu jirreġistraw. Id-data tibqa’ purament għal skopijiet ta’ riċerka u monitoraġġ għad-dispożizzjoni tal-EACEA, il-KE, awtoritajiet tal-iskola nazzjonali jew reġjonali, awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ School Education Gateway u partijiet terzi oħra (ara l-punt 3) taħt l-awtorizzazzjoni tal-kontrollur tad-data f‘format aggregat.

6. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min jiġi żvelat?

Għall-għanijiet iddettaljati hawn fuq, l-aċċess għad-data huwa strettament limitat għal:

  • Persunal maħtur tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni u l-Kultura (EAC)
  • Persunal maħtur mill-EACEA
  • Persunal maħtur tal-fornitur tas-servizz EUN Partnership

Xi data sottomessa mill-utenti se tintwera fiż-żona pubblika tal-pjattaforma ta’ School Education Gateway, li jfisser li din id-data tkun aċċessibbli bla ħlas fuq l-Internet. F’dan il-każ l-utent għandu d-dritt li jħassar id-data tiegħu. Id-data li ssir pubblika hija partikolarment din li ġejja:

Id-data tal-organizzazzjoni hija viżibbli għall-utenti kollha permezz tal-paġna tal-organizzazzjoni:

  • Isem, indirizz, belt, pajjiż, stampa, URL ta’ Facebook, URL ta’ Twitter, URL ta’ LinkedIn u l-websajt
  • Reġistranti affiljati mal-organizzazzjoni (isem, kunjom, pajjiż, stampa)
  • Korsijiet, Opportunitajiet ta’ Mobilità u listi ta’ Sħubijiet Strateġiċi ppostjati mill-membri tal-organizzazzjoni
  • Klassifikazzjoni bl-istilel ibbażata fuq il-punteġġ medju tal-korsijiet tal-organizzazzjoni (jekk hemm)
  • Lista ta’ reviżjonijiet u klassifikazzjonijiet ippreżentati minn utenti oħra fuq il-korsijiet tal-organizzazzjoni

Data tar-reġistrant:

  • Id-data tar-reġistranti li ġejja hija viżibbli għall-utenti kollha fil-paġna tal-organizzazzjoni pubblika biss (jekk l-utent huwa affiljat ma’ organizzazzjoni waħda jew ħafna): isem, kunjom, pajjiż, minjatura tal-istampa (jekk ipprovduta)
  • Il-paġna tal-profil tal-utent hija aċċessibbli biss għal utenti mdaħħla oħra, inkluża l-informazzjoni li ġejja: isem, kunjom, pajjiż, stampa, organizzazzjoni(jiet), tip ta’ utent, kummenti magħmula mir-reġistrant, artikli favoriti tal-membru, u jekk ir-reġistrant huwa verifikat mill-eTwinning.  
  • Kwalunkwe elenkar, kumment, reviżjoni u/jew klassifikazzjoni magħmula b’mod volontarju minn utent reġistrat huwa pubbliku, jiġifieri viżibbli għall-utenti tal-websajt meta jaraw l-item ikkummentat jew rivedut u jistgħu jinġabru wkoll permezz ta’ magni tat-tiftix.
  • L-attività tal-utent fuq il-korsijiet online jistgħu jarawha biss l-utenti rreġistrati li abbonaw ukoll għall-kors online speċifiku.

It-trasferiment ta’ data speċifika lil partijiet terzi oħra (eż. ċentri ta’ riċerka u universitajiet) tista’ tkun permessa taħt awtorizzazzjoni speċifika tal-kontrollur tad-data, iżda d-data tiġi trasferita b’mod anonimu.

Data personali qatt ma tista’ tintuża għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

7. Kif nipproteġu d-data personali tiegħek?

Id-data personali miġbura u l-informazzjoni relatata kollha huma maħżuna fuq servers sikuri tal-fornitur tas-servizz (EUN).

Klawżola kuntrattwali dwar il-protezzjoni tad-data hija inkluża fil-kuntratt mal-fornitur tas-servizz, biex tiżgura li d-data tiegħek tiġi pproċessata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

L-operazzjonijiet taċ-ċentri tal-kompjuters tal-fornitur tas-servizz huma marbuta kuntrattwalment mad-direttivi u d-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea stabbiliti mid-Direttorat tas-Sigurtà għal dawn it-tipi ta’ servers u servizzi.

8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek rigward id-data personali tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Għandek id-dritt li:

  • Titlob li taċċessa d-data personali li għandna fuqek;
  • Titlob rettifika tad-data personali tiegħek jew tagħmel il-korrezzjoni inti stess fil-profil tiegħek;
  • Titlob, taħt ċerti kundizzjonijiet, it-tħassir tad-data personali tiegħek;
  • Titlob, Taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek;
  • Toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek;
  • Titlob biex id-data tiegħek tiġi ttrasferita lil organizzazzjoni oħra f’format standard li jista’ normalment jinqara mill-magna (portabbiltà tad-data);
  • Tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin.

Għandek id-dritt toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament 2018/1725.

Għandek ukoll id-dritt li ma tkunx soġġett għal deċiżjonijiet awtomatizzati (magħmula biss minn magni) li jaffettwawk, kif definit mil-liġi.

9. Id-dritt tiegħek li jkollok rikors f’każ ta’ kunflitt fuq kwalunkwe kwistjoni ta’ data personali

F’każ ta’ kunflitt dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ protezzjoni tad-data personali inti tista’ tiktebb lill-kontrollur tad-data fl-indirizz imsemmi hawn fuq u fil-kaxxa postali funzjonali (punt 1).

Tista’ wkoll tikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-EACEA fl-indirizz elettroniku li ġej: eacea-data-protection@ec.europa.eu.

Tista’ tressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin: https://edps.europa.eu/

[i] Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fuq il-moviment ħieles ta’ din id-data u tħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.