Għodod tal-Erasmus+ - Termini u kundizzjonijiet

L-informazzjoni pprovduta hawn tagħti ħarsa ġenerali lejn dak li huwa mistenni mill-listi li jittellgħu taħt l-għodod tal-Erasmus+. Biex niżguraw benefiċċju massimu u dejjiemi għall-iskejjel u l-għalliema, il-powsters kollha jridu jkunu konformi mal-istandards imniżżla hawn, u jaderixxu mal-għanijiet u l-istandards tal-programm tal-Erasmus+.

 Dawn it-Termini u l-kundizzjonijiet jikkomplementaw iċ-Ċaħda ġenerali tal-websajt.

Aqra wkoll il-Mistoqsijiet Komuni u t-Tutorial.

Ċaħda tal-għodod tal-Erasmus+

Bħala utent tal-Għodod tal-Erasmus+, jekk jogħġbok aqra din l-informazzjoni bir-reqqa:

  • L-għodod tal-Erasmus+ huma pprovduti bħala parti minn School Education Gateway, portal imwaqqaf mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea b’kollaborazzjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura.
  • Korsijiet elenkati, opportunitajiet ta’ mobilità u talbiet għal sħubijiet strateġiċi huma offruti minn organizzazzjonijiet indipendenti, u l-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta ebda responsabbilità għall-kontenut, il-kunsinna jew il-ġestjoni tagħhom.
  • Ebda lista ma tkun approvata minn qabel mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Aġenziji Nazzjonali, iżda dawk li jżidu l-informazzjoni huma mitluba jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet.
  • Meta tagħżel kors fuq il-post, opportunità ta’ mobilità jew offerta ta’ sħubijiet strateġiċi mid-database din mhijiex garanzija li l-iskejjel se jingħataw għotja ta’ Erasmus+.
  • Kors, opportunità ta’ mobilità jew sħubijiet strateġiċi m’għandhomx għalfejn ikunu elenkati fuq School Education Gateway biex tinkludihom fl-applikazzjoni tal-Erasmus+.

Termini u kundizzjonijiet bażiċi

  • L-użu tal-għodod tal-Erasmus+ huwa bla ħlas kemm għal dawk li jippowstjaw kif ukoll għall-individwi li qed ifittxu elenki li jaqblu mal-kriterji tagħhom.
  • Kulħadd jista’ jippowstja kors fuq il-post, opportunità ta’ mobilità jew talba għal sħubija strateġika. L-unika ħtieġa teknika biex toħloq elenku huwa li jkollok kont tal-utent assoċjat ma’ organizzazzjoni. Ladarba dan il-kont ikun issettjat, l-utenti jistgħu jippowstjaw elenku fi kwalunkwe sezzjoni.
  • Biex taċċessa ċerta karatteristiċi ta’ School Education Gateway u tal-Għodod tal-Erasmus+, jeħtieġ tirreġistra biex toħloq kont u ssir membru.
  • Isir kull sforz biex il-websajt tibqa’ għaddejja tajjeb. Madankollu, School Education Gateway mhijiex responsabbli, jekk ma tkunx disponibbli b’mod temporanju l-websajt minħabba raġunijiet tekniċi li huma barra mill-kontroll tagħna.
  • School Education Gateway ma terfax responsabbiltá għal kwalunkwe klassifikazzjoni jew kummenti sottomessi rigward il-kontenut.
  • School Education Gateway tirriżerva d-dritt li timmodifika l-websajt tal-Għodod tal-Erasmus+, jew timmodifika dawn it-Termini fi kwalunkwe ħin mingħajr preavviż.

Politka ta’ Użu Aċċettabbli

Jekk qed tippubblika l-kontenut permezz tal-Għodod tal-Erasmus +, jekk jogħġbok aqra dan bir-reqqa:

  • Il-powsters huma responsabbli biex jipprovdu informazzjoni preċiża u rilevanti fil-listi tagħhom, inkluż iż-żamma tal-informazzjoni u l-aġġornament tagħha meta jkun meħtieġ.
  • Il-powsters jiżguraw li kwalunkwe kontenut li jikkontribwixxi għall-pjattaforma jkun preċiż (fejn jiddikjara l-fatti) u jkun ġenwinament miżmum (fejn jiddikjara opinjonijiet).
  • Mhuwiex permess li ttella’ jew tibgħat materjal, stampi, vidjows jew kontribuzzjoni oħra lil din il-pjattaforma li l-powsters m’għandhomx permess jużaw.
  • Mhuwiex permess li tippersonifika kwalunkwe persuna jew entità, jew tiddikjara b'mod falz jew tagħmel misrappreżentazzjoni tagħha.
  • Mhuwiex permess li timmanipula l-listi jew xi parti minnhom (inklużi titoli, deskrizzjoni, metadata, dati, informazzjoni tal-kuntatt, eċċ.) b'tali mod li tista’ tiżgwidaw lill-qarrejja jew taħbi informazzjoni rilevanti minnhom, inkluż li tipprovdu kwalunkwe informazzjoni falza jew mgħawġa biex ittejjeb il-viżibilità fir-riżultati tat-tfittxija, jew tissottometti/tippromwoti reviżjonijiet jew klassifikazzjonijiet foloz.

Ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet

In-nuqqas ta' konformità ma' din il-politika ta’ użu aċċettabbli jikkostitwixxi ksur materjali tat-Termini u l-Kundizzjonijiet li fuqhom l-utenti għandhom il-permess jużaw il-pjattaforma, u jista’ jirriżultaw fit-teħid ta' kwalunkwe azzjonij waħda jew kollha li ġejjin fi kwalunkwe ħin, mingħajr notifika minn qabel:

  • L-irtirar immedjat, temporanju jew permanenti tad-dritt tiegħek li tuża s-sit tagħna.
  • It-tneħħija immedjata, temporanja jew permanenti ta' kwalunkwe posting jew materjal imtella' minnek fuq is-sit tagħna li huwa kkunsidrat mhux preċiż, mhux xieraq, jew irrelevanti għall-għanijiet u l-udjenza fil-mira tal-websajt.
  • It-tneħħija, temporanja jew permanenti ta’ kwalunkwe reviżjoni/kumment tal-utenti u t-tweġibiet għalihom fid-diskrezzjoni tagħna, jekk huma abużivi, jew jekk jidhrux li huma frodi jew duplikati.
  • Il-ħruġ ta' twissija lilek.

Id-deċiżjoni dwar il-konsegwenzi xierqa għall-ksur tat-Termini u Kundizzjonijiet preżenti se tittieħed abbażi tas-severità tal-ksur u tal-istorja tal-utent fuq il-pjattaforma. B’mod partikolari, deċiżjoni dwar it-tneħħija permanenti ta’ dritt għall-użu tal-pjattaforma tista’ tkun iġġustifikata biss jekk l-utent ikkonċernat ikun diġà ġie mwissi, fil-kuntest ta’ ksur preċedenti tat-Termini u Kundizzjonijiet preżenti, li d-drittijiet tiegħu jew tagħha jistgħu jkunu irtirati b’mod permanenti f’każ ta’ aktar ksur.

F’każ li tneħħi xi post minn tiegħek fi kwalunkwe forma, l-irtirar tad-dritt tiegħek li tuża l-websajt tagħna, jew li tiċħad l-aċċess għalih jew għal kwalunkwe waħda mill-għodod tal-Erasmus+, inti intitolat titlob ir-raġunijiet wara d-deċiżjoni. Tali talba għandha tiġi indirizzata lil support@schooleducationgateway.eu. Kull talba meqjusa abbużiva, speċjalment minħabba l-karattru ripetittiv tagħha, ma tingħatax risposta dwar is-sustanza. F’dawn il-każijiet, int se tkun infurmat li t-talba ġiet meqjusa abbużiva u li l-ebda tweġiba oħra ma tiġi pprovduta.

Tista’ tindirizza l-kummenti tiegħek dwar deċiżjoni rigward l-irtirar tad-drittijiet tiegħek biex tuża l-pjattaforma billi tikkuntattja lil EAC-SEG@ec.europa.eu fi żmien ġimagħtejn wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni.


Termini u kundizzjonijeit speċifiċi

Katalgu tal-Korsijiet

  • Il-Katalogu tal-Korsijiet huwa maħsub biex jintuża għall-ippowstjar ta' avviżi ta' korsijiet li huma eliġibbli bħala attività ta' mobilità tal-persunal appoġġjat minn finanzjament ta’ Erasmus+ (Azzjoni Ewlenija 1: Proġett ta' mobilità għal persunal tal-edukazzjoni skolastika).
  • Sir af aktar dwar l-iskadenzi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-applikazzjonijiet fuq il-websajt tal-Erasmus+.
  • Jekk int fornitur ta’ korsijiet, ara r-“Rekwiżiti tal-korsijiet fuq il-post ippubblikati fil-Katalgu tal-Korsijiet” aktar ’l isfel fuq din il-paġna.
  • Jekk jogħġbok innota li, għalissa, l-amministraturi ta’ School Education Gateway biss jistgħu jippubblikaw korsijiet online ġodda fil-Katalgu tal-Korsijiet.

Opportunitajiet ta’ Mobilità

  • Id-database hija intiża biex telenka offerti ta’ opportunitajiet ta’ mobilità għall-istaff tal-iskola, pereżempju apprendistat, perjodi ta’ osservazzjoni jew assenjazzjonijiet ta’ tagħlim fi skola jew f’organizzazzjoni barra mill-pajjiż.
  • L-ispejjeż ta’ attività ta’ mobilità tal-istaff jistgħu jiġu appoġġati b’finanzjament ta’ Erasmus+ bħala parti mill-Pjan tal-Iżvilupp Ewropew ta’ kull skola (ara Azzjoni Ewlenija 1: Proġett ta’ mobilità għall-istaff tal-edukazzjoni fl-iskejjel).
  • Sir af aktar dwar id-data ta’ skadenza tal-applikazzjonijiet, kundizzjonijiet u proċeduri fuq il-websajt tal-Erasmus+.

Sħubijiet strateġiċi

  • Id-database hija maħsuba biex tintuża għall-powsting ta' ideat ta’ proġetti u avviżi ta’ tiftix tal-imsieħba li huma eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għal sħubijiet strateġiċi ffinanzjati mill-KE fis-settur tal-edukazzjoni skolastika:
    • Sħubijiet Strateġici li jappoġġjaw l-innovazzjoni
    • Sħubijiet Strateġici li jappoġġjaw l-iskambju ta’ prattiki ġodda
  • Sir af aktar dwar id-data ta’ skadenza tal-applikazzjonijiet, kundizzjonijiet u proċeduri fuq il-websajt tal-Erasmus+.

Standards ta' kwalità għall-korsijiet taħt Azzjoni Ewlenija 1 (il-mobilità tat-tagħlim tal-individwi)

Din il-paġna tiddeskrivi l-ħtiġijiet għall-korsijiet ta' tagħlim tal-għalliema fir-rigward tal-Erasmus+. Din tkopri informazzjoni u trasparenza, kontenut, pedagoġija u kwistjonijiet oħrajn. Sabiex jiżguraw benefiċċji massimi u dejjiema għall-iskejjel u l-għalliema, il-fornituri tal-korsiijet huma mistennijja jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u jaderixxu mal-għanijiet u l-istandards tal-programm tal-Erasmus+ . Dawn ir-rekwiżiti għandhom jgħinu wkoll lil l-iskejjel ifittxu l-korsijiet adattati.