Materjali ta' appoġġ

     

1. Mistoqsijiet Komuni (FAQ)

FAQ

L-aktar mod malajr biex issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar komuni huwa li tibbrawżja l-Mistoqsijiet Komuni (FAQ). Disponibbli fi 23 lingwa.

2. Tutorials

Tutorials

Tutorials differenti jipprovdu gwida utli dwar l-użu tal-pjattaforma:

  • Tutorial ta’ School Education Gateway: Informazzjoni bażika dwar il-kontenut u s-servizzi tal-pjattaforma. Disponibbli fi 23 lingwa.
  • Tutorial tal-Għodod tal-Erasmus+: Gwida pass pass għal kull min hu interessat li juża l-Katalogu tal-Korsijiet, l-Opportunitajiet tal-Mobilità jew id-direttorji ta’ Sħubijiet Strateġiċi, kemm jekk qed tibbrawżja l-listi kif ukoll jekk tixtieq tippubblika tiegħek stess. Disponibbli fi 23 lingwa.
  • Tutorials bil-Vidjos : Juruk kif tista’ toħloq kont, tirrisettja password, tippubblika lista, u ħafna aktar. Disponibbli bl-Ingliż.

3. Materjali ta' gwida dwar il-Programm Erasmus+

Guiding materials

  • Opportunitajiet ta' finanzjament tal-Erasmus+ għall-iskejjel: Dan huwa kors onlajn b'xejn u b'aċċess miftuħ fuq żewġ skemi ta' finanzjament differenti: Mobilità ta' tagħlim ta' individwi (Azzjoni Ewlenija 1) u Proġetti ta' Sħubijiet Strateġiċi (Azzjoni Ewlenija 2). Huwa jinkludi introduzzjoni fuq iż-żewġ azzjonijiet ewlenin, u gwida dwar il-preparazzjoni ta' proposta kompetittiva kif ukoll dwar kif isir l-aħjar użu mill-Għodod tal-Erasmus+. Il-kontenut prinċipali tal-kors huwa disponibbli bl-Ingliż.
  • Erasmus+ Gwida prattika għall-mexxejja tal-iskejjel: Il-gwida hija mfassla għal mexxejja tal-iskejjel li jixtiequ jafu x'għandu x’joffri l-programm Erasmus+ fl-oqsma tal-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja, il-primarja u s-sekondarja. Il-gwida hija disponibbli f'sitt lingwi: DE, EN, ES, FR, IT, PL.
  • Kif tagħżel kors ta' taħriġ għall-għalliema barra mill-pajjiż: F’din it-tutorial issib pariri siewja dwar kif tagħżel korsijiet interessanti u rilevanti għalik jew għall-persunal tal-iskola tiegħek. Disponibbli fi 23 lingwa.

4. Termini u kundizzjonijiet

Terms and conditions

Kull min jippjana li jippubblika lista (kors, opportunità ta' mobilità jew talba għal sħubija strateġika) huwa rakkomandat li l-ewwel jaqra t-Termini u kundizzjonijiet, li jiddeskrivu x'inhu mistenni minn listi ppostjati taħt l-Għodod tal-Erasmus+ Tools. Disponibbli fi 23 lingwa.