Ċaħda
School Education Gateway hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea. Hija ffinanzjata mill-Erasmus+, il-programm Ewropew għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isports. Hija mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea (KE) u implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura tagħha (EACEA).
F’isem l-Unjoni Ewropea, EUN Partnership AISBL (magħrufa bħala European Schoolnet, u minn hawn ’il quddiem imsejħa EUN) iżżomm din il-pjattaforma biex tippromwovi l-inizjattivi lill-pubbliku.
Il-materjal fuq din il-websajt hija għall-informazzjoni biss.
L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni f’waqtha u preċiża. Jekk tiġbdulna l-attenzjoni għal xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu l-KE, l-EACEA u EUN ma jaċċettaw ebda responsabilità għall-informazzjoni fuq dan is-sit.
Din l-informazzjoni:
- hija ta’ natura ġenerali biss u mhijiex maħsuba biex tindirizza ċirkostanzi speċifiċi ta’ individwu jew entità partikolari;
- mhijiex bilfors komprensiva, preċiża, kompluta jew aġġornata;
- xi drabi tkun illinkjata ma’ siti esterni li l-KE, l-EACEA u EUN m’għandhom ebda kontroll fuqhom u ma jistgħu jassumu ebda responsabbiltà għalihom;
- mhijiex parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat imħarreġ kif xieraq).
EUN tirriżerva d-dritt, skont id-diskrezzjoni tagħha, li tissospendi, tbiddel, timmodifika, iżżid jew tneħħi partijiet mill-websajt fi kwalunkwe ħin.
Din iċ-ċaħda mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal- KE, l-EACEA jew EUN bi ksur ta’ xi rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dawk il-liġijiet.
Avviż dwar id-dritt tal-awtur
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata sakemm is-sors ikun rikonoxxut, għajr meta jingħad mod ieħor. Fejn jeħtieġ jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni ta’ informazzjoni, dan il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjonijiet dwar l-użu.
Il-materjali u l-kontribuzzjonijiet mill-utenti fuq il-pjattaforma huma suġġetti għad-Deċiżjoni dwar l-użu mill-ġdid ta’ Dokumenti tal-KE, u għaldaqstant, minbarra fejn indikat b’mod ieħor, kompatibbli mal-liċenzja “Attribution 4.0 International” ta’ Creative Commons (CC BY 4.0).