Mistoqsijiet Komuni (FAQ)

School Education Gateway˄

X’inhi d-differenza bejn l-eTwinning u School Education Gateway?

Rating: 5/5

Iż-żewġ inizjattivi huma ffinanzjati mill-Erasmus+ u jippromwovu prattika innovattiva fl-iskejjel madwar l-Ewropa. Bħala l-akbar netwerk tal-għalliema fl-Ewropa, l-eTwinning joffri pjattaforma għall-istaff tal-iskejjel biex joħolqu proġetti kollaborattivi ma’ skola jew aktar minn pajjiżi differenti. Il-pjattaforma tal-eTwinning hija disponibbli għall-għalliema u l-iskejjel biss. School Education Gateway tiffoka fuq azzjoni Ewropea għall-iskejjel, biex tressaq il-polika u l-prattika eqreb lejn l-għalliema. Il-websajt hija pubblika u għalhekk miftuħa għal partijiet edukattivi interessati oħra biex tinkoraġġixi l-kooperation bejn skejjel u organizzazzjonijiet oħra.

Għaliex jistgħu l-utenti tal-eTwinning jidħlu fi School Education Gateway iżda mhux viċi versa?

Rating: 5/5

L-għalliema li għandhom kont tal-eTwinning jistgħu jużaw l-istess kont biex jilloggjaw fil-websajt ta’ School Education Gateway. Dan huwa maħsub biex ikun iżjed faċli għall-għalliema tal-eTwinning biex jużaw School Education Gateway. Kull min m’għandux kont tal-eTwinning jista’ faċilment jagħmel wieħed fuq il-kont ta’ School Education Gateway. Differenti għall-eTwinning, School Education Gateway hija miftuħa għall-partijiet interessati kollha u mhux biss għall-għalliema. L-utenti ma jistgħux, għalhekk, jużaw il-kont tagħhom ta’ School Education Gateway biex jidħlu fl-eTwinning, li tibqa’ pjattaforma għall-għalliema biss, u fejn membri ġodda huma awtentikati u approvati mis-Servizz t’Appoġġ Nazzjonali f’pajjiżhom.

Insejt isem l-utent/il-password tiegħi. X’għandi nagħmel?

Rating: 5/5

Jekk insejt il-kredenzjali tal-illoggjar tiegħek, tista’ tirrisettja l-password, li tinsab fit-tieqa tal-Login (aċċessibbli mil-link fir-rokna leminija ta' fuq), biex tirrisettja l-password tiegħek permezz ta’ “Insejt il-login/password?”, disponibbli fit-tieqa tad-dħul (li tista’ taċċessa permezz tal-buttuna l-blu fil-kantuniera tan-naħa ta’ fuq tal-lemin). Ladarba tkun illoggjat fis-sit, tista’ teditja din il-password fil-paġna tal-Profil tiegħek, jekk tixtieq tagħmel dan.

Jekk jogħġbok innota li l-password tiegħek għandu jkun fiha biss ittri u numri. Innota wkoll li jekk l-ewwel darba li dħalt fis-sit tkun użajt kont eżistenti tal-eTwinning, jew kont tal-midja soċjali, ma tkunx tista’ tuża l-karatteristika tar-rissettjar tal-password. F’dak il-każ, irrisettja l-kredenzjali tiegħek fuq l-eTwinning jew il-websajt tal-midja soċjali rispettiva, imbagħad uża l-ġodda biex tidħol f’School Education Gateway.

X’inhu ‘ħin għall-qari’?

Rating: 5/5

Ħin għall-qari jidher fl-artikli tal-pjattaforma u jindika l-ħin stmat biex jinqara kull artiklu. Il-ħin finali tal-qari jista’ jvarja skont il-qarrej, il-livell tal-attenzjoni tal-qarrej, u l-lingwa. Il-ħin stmat tal-qari ma jikkunsidrax materjal viżwali integrat fil-paġna (eż. vidjos).

Kif nista' nħassar il-kont tal-utent tiegħi?

Rating: 5/5

Jekk tixtieq tħassar il-kont tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk, u mmexxuk fil-passi meħtieġa.

Kif nista' nipproponi kontenut lil School Education Gateway?

Rating: 4/5

Do you have interesting content you would like to see published on the School Education Gateway? Use this online form to send us content suggestions. Before sending, please have a look at our content types and monthly topics. If you would like to suggest content for a specific monthly topic, please send it three months in advance. Unfortunately, we can’t publish all suggested content, but the editorial team goes through all suggestions and will inform the senders whether the material is selected for publishing. We also reserve the right to edit any submitted content prior to publication.

X'inhu l-pakkett promozzjonali ta’ School Education Gateway?

Rating: 4/5

Il-pakkett promozzjonali jinkludi sett komplut ta' materjal informattiv u promozzjonali dwar School Education Gateway, l-Għodod tal-Erasmus+ Tools u t-Teacher Academy. Huwa jinkludi preżentazzjonijiet, fuljetti informattivi, logos u ħafna aktar. Ħafna mill-materjal huwa disponibbli fi 23 lingwa. Kull min huwa interessat jippromwovi l-pjattaforma u s-servizzi tagħha jista' juża l-materjali tal-pakkett promozzjonali. Il-pakkett promozzjonali huwa disponibbli fuq il-paġna Dwar.

X'inhi n-newsletter ta’ School Education u kif nista nabbona għaliha?

Rating: 5/5

In-newsletter tintbagħat erba’ darbiet fis-sena u tinkludi aġġornamenti dwar il-kontenut u s-servizzi tal-pjattaforma. In-newsletter hija ppubblikat bl-Ingliż. L-utenti kollha rreġistrati jirċievu n-newsletter bil-posta elettronika, imma tista’ wkoll tabbona għaliha separatament. Newsletters preċedenti huma disponibbli hawn.

X'inhuma l-webinars ta’ School Education Gateway u kif nista ningħaqad magħhom?

Rating: 5/5

Il-webinars jiffukaw fuq suġġetti differenti dwar l-edukazzjoni skolastika, bħat-tagħlim tal-lingwi, kompetenza intraprenditorjali, il-kreattività, il-valutazzjoni, eċċ. Il-webinars isiru regolarment u huma miftuħa għal kull min hu interessat f'dawn is-suġġetti. Jekk tissieħeb mal-lista postali tal-webinars, tkun infurmat regolarment dwar webinars li se jsiru. Aktar tagħrif fuq kull webinar jinstab hawnhekk fuq il-websajt.

Għodod tal-Erasmus+˅

X’inhuma l-għodod tal-Erasmus+?

Rating: 5/5

L-Erasmus+ huwa programm tal-Unjoni Ewropea għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, Iż-Żgħażagħ u l-Isports għall-2014-2020. Huwa joffri opportunitajiet ta’ finanzjament lil skejjel u organizzazzjonijiet oħra, inkluż appoċċ għal korsijiet ta’ taħriġ u assenjazzjonijiet ta’ tagħlim għall-iżvilupp professjonali, jew għall-iżvilupp ta’ sħubijiet ta’ proġetti. L-għodod disponibbli fuq School Education Gateway huma maħsuba biex jappoġġjaw attivitajiet speċifiċi tal-Erasmus+ u jinsabu fis-sezjoni Opportunitajiet tal-Erasmus+.

It-tliet għodod relatati mal-proġetti tal-Erasmus+ huma:

  • Katalgu tal-Korsijiet - Katalgu ddedikat għall-korsijiet ta’ żvilupp professjonali għall-għalliema u l-istaff tal-iskola (Proġett ta’ mobilità għall-istaff edukattiv tal-iskejjel taħt l-Azzjoni Ewlenija 1)
  • Opportunitajiet ta’ Mobilità - Opportunitajiet biex l-istaff tal-iskola jagħmlu assenjazzjonijiet ta’ tagħlim u apprendistat fi skola ospitanti /organizzazzjoni barra mill-pajjiż (Proġett ta’ mobilità għall-istaff tal-edukazzjoni fl-iskejjel taħt l-Azzjoni Ewlenija 1)
  • Sħubijiet Strateġiċi - Tiftix ta’ msieħba għal skejjel u organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa biex twettaq proġetti konġunti (Sħubijiet strateġiċi taħt l-Azzjoni Ewlenija 2)

Kif inhi ssorveljata l-kwalità tal-elenki?

Rating: 4/5

Il-listi mhumiex approvati jew awtentikati minn qabel mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Aġenziji Nazzjonali. Korsijiet, opportunitajiet ta’ mobilità , u talbiet għal sħubijiet strateġiċi huma offruti minn organizzazzjonijiet indipendenti, li huma mitluba jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ School Education Gateway rigward il-listi tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta ebda responsabilità rigward il-kontenut, kunsinn jew ġestjoni. L-utenti jistgħu jirrappurtaw kwalunkwe kontenut jew organizzazzjoni li jaħsbu li huma illeġittimi jew offensivi. L-amministraturi tal-websajt jistgħu jkunu kkuntattjati fuq support@schooleducationgateway.eu.

X’inhi d-differenza bejn sħubijiet strateġiċi u kollaborazzjoni bejn skola u oħra?

Rating: 3/5

Proġetti ta’ kollaborazzjoni bejn skola u oħra huma komuni fl-eTwinning, li huwa l-aħjar post biex tiżviluppa attivitajiet bħal dawn. Proġetti tal-eTwinning mhumiex iffinanzjati. Sħubijiet strateġiċi huma proġetti li permezz tagħhom ikun hemm kollaborazzjoni bejn tipi ta’ organizzazzjonijiet differenti. Proġetti bħal dawn huma eliġibbli għal fondi tal-Erasmus+. Aqra iżjed dwar Sħubijiet strateġiċi hawn u fil-Gwida tal-Programmi tal-Erasmus+.

Jiena sibt kors interessanti/ opportunità ta’ mobilità /lista ta’ sħubija strateġika. Lil min għandi nikkuntattja dwar dan?

Rating: 4/5

Għal aktar informazzjoni dwar kors/opportunità ta’ mobilità /lista ta’ sħubijiet strateġiċi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-organizzazzjoni li ppostjat din il-lista:

  • Uża l-forma tal-Kuntatt dirett (login meħtieġ) li qegħda fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna tal-listi.
  • Mur fuq il-websajt tal-organizzazzjoni li ppostjat il-lista.

Jekk jogħġbok innota li School Education Gateway ma toffrix korsijiet fuq il-post, opportunitàjiet ta’ mobilità jew listi ta’ sħubijiet strateġiċi iżda tipprovdi biss l-għodod biex l-iskejjel ikunu jistgħu jagħmlu dan.

Nixtieq nagħmel perjodu ta’ tagħlim/proċess ta’ insegwiment (job shadowing) fi skola iżda ma nistax insib offerta addattata fis-sezzjonijiet tal-Opportunitàjiet ta’ Mobilità. Tista’ tgħinni?

Rating: 4/5

Il-posts kollha tal-Opportunitàjiet ta’ Mobilità huma viżibbli fuq il-websajt u huma maħluqa minn skejjel u organizzazzjonijiet oħra. Jekk diġà taf l-iskola li inti interessat/a fiha, nissuġġerulek tikkuntattjahom direttament. Jekk tixtieq tibbrawżja għal aktar skejjel, tista’ tagħti ħarsa lejn il-websajt tal-eTwinning.

Xi jfissru dawn it-tipi differenti ta’ Opportunitàjiet ta’ Mobilità?

Rating: 4/5

  • Job shadowing huwa għall-istudenti, gradwati reċenti, għalliema u membri tal-istaff tal-iskola. Dan joffri lill-parteċipanti l-opportunità jaħdmu fi skola/organizzazzjoni li tospita barra mill-pajjiż, flimkien ma’ professjonisti li għandhom għarfien speċifiku dwar xogħol jew karriera li fiha l-parteċipanti jistgħu jkunu interessati.
  • Xogħol ta’ tagħlim fuq perjodu twil huwa addattat għall-istudenti, gradwati reċenti u għalliema. Dan joffri lill-parteċipanti l-opportunità li jagħmlu xogħol ta’ tagħlim iffokat fuq il-qasam tal-kompetenza jew l-interess tagħhom fi skola/organizzazzjoni li tospita barra mill-pajjiż, għal perjodu ta’ 5 xhur jew aktar.
  • Xogħol ta’ tagħlim fuq perjodu qasir huwa għal perjodu ta’ inqas minn 5 xhur.
  • Kollokazzjonijiet u assistantship għall-istudenti huma mmirati lejn studenti u gradwati reċenti. Din it-tip ta’ opportunità toffri lill-parteċipanti ċ-ċans li jagħmlu kollokazzjoni jew assistantship.
  • Assistent tat-Tagħlim/Klassi hija opportunità biex l-għalliema u membri oħra tal-istaff tal-iskola jkollhom pożizzjoni ta’ assistent fi klassi flimkien mal-għalliem/a permanenti ta’ dik il-klassi u biex tappoġġjawhom fix-xogħol tagħhom.
  • Opportunitàjiet ta’ mobilità Oħrajn ikopru tipi ta’ opportunitàjiet ta’ mobilità oħrajn bħal żjarat jew seminars ta’ osservazzjoni.

X’inhi d-differenza bejn Sħubijiet Strateġiċi għall-Edukazzjoni Skolastika u Sħubijiet ta’ Skambju bejn l-Iskejjel?

Rating: 4/5

Taħt is-“Sħubijiet Strateġiċi” Azzjoni Prinċipali 2 tal-Erasmus+ l-iskejjel jistgħu japplikaw għaż-żewġ tipi ta’ proġetti. Fi “Sħubijiet Strateġiċi għall-Edukazzjoni Skolastika”, l-iskejjel jistgħu jkunu involuti f’attivitajiet flimkien ma’ kwalunkwe tip ta’ organizzazzjoni attiva fil-qasam tal-edukazzjoni (eż. mużewijiet, fondazzjonijiet, awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet kulturali). Biex issib imsieħba, tista’ tuża t-tiftix għal Sħubija Strateġika fuq School Education Gateway. Fi “Sħubija ta’ Skambju bejn l-Iskejjel”, l-iskejjel jikkollaboraw ma’ skejjel oħra. Iċċekkja r-regoli tal-eliġibilità għaż-żewġ tipi ta’ proġetti fil-Gwida tal-Programm tal-Erasmus+.

Jiena għalliem individwali u nixtieq nagħmel assenjazzjoni ta’ tagħlim jew job shadowing. Nista’ nippubblika l-avviż tiegħi?

Rating: 4/5

Iva, tista’ tippubblika talba għal opportunità ta’ mobilità bħala individwu. Biex tagħmel dan, jekk jogħġbok illoggja, mur fuq il-Profil Tiegħi > Opportunitajiet ta’ Mobilità > Żid opportunità ta’ mobilità. Imbagħad, agħżel “Talba għal opportunità ta' mobilità”. Jekk jogħġbok innota li biex tagħmel opportunità ta’ mobilità, jeħtieġ li tkun għadek affiljat ma’ skola jew organizzazzjoni.

Jiena interessat/a f’organizzazzjoni rreġistrata fuq School Education Gateway. Kif nista’ naċċessa l-paġna tal-profil tagħha?

Rating: 4/5

Biex taċċessa paġna tal-profil ta’ organizzazzjoni, mur fil-paġna tad-dettalji ta’ kwalunkwe lista li ġiet ippubblikata mill-organizzazzjoni rispettiva u kklikkja “Mur fil-paġna tal-organizzazzjoni” fir-rokna leminija ta' fuq.

Jiena interessat/a f’organizzazzjoni rreġistrata fuq School Education Gateway u nixtieq nirċievi informazzjoni dwar il-korsijiet tagħha u avviżi oħra. Kif nista’ nikseb din l-informazzjoni?

Rating: 4/5

Inti tista’ ssegwi organizzazzjoni biex tirċievi aġġornamenti bl-email dwar listi ġodda li ppubblikat fuq is-sit ta’ School Education Gateway. Biex tagħmel dan, mur fil-paġna tal-profil tal-organizzazzjoni u kklikkja “Segwi l-organizzazzjoni”. Tista’ wkoll taċċessa din il-funzjoni minn kull paġni tad-dettalji tal-listi li ġew ippubblikati minn din l-organizzazzjoni. Biex ma tibqax tirċievi aġġornamenti bl-email, ikklikkja “Tibqax issegwi l-organizzazzjoni”.

Kif nista’ nirċievi informazzjoni dwar korsijiet ġodda, u avviżi dwar opportunitajiet ta’ mobilità u sħubijiet strateġiċi?

Rating: 5/5

Tista’ tagħżel li tirċievi aġġornamenti bl-email kull ġimgħa li jkun fiha l-aktar listi reċenti li jaqblu mal-kriterji tat-tiftix indikati f’waħda mit-tiftixiet issejvjati tiegħek. Biex tagħżel li tirċievi twissija għal waħda mit-tiftixiet tiegħek, mur fuq il-Profil Tiegħi > Korsijiet / Opportunitajiet ta’ Mobilità / Sħubijiet Strateġiċi > Tiftixiet issejvjati. Imbagħad ikklikkja “Wissini” li tidher taħt it-tiftixa ssejvjata rispettiva li għaliha tixtieq tirċievi aġġornamenti. Tista’ tissejvja kwalunkwe tiftixa li għamilt fis-sezzjonijiet tal-Katalgu tal-Korsijiet / Opportunitajiet ta’ Mobilità / Sħubijiet Strateġiċi.

Kif nista’ nħalli reviżjoni għal kors?

Rating: 4/5

Tista’ tuża l-funzjoni tar-reviżjoni li hemm fin-naħa t’isfel tal-paġni ta’ kull kors. Sabiex tħalli reviżjoni, jeħtieġ tkun irreġistrat/a jew illogjat/a fis-sit u l-ewwel jeħtieġ tikklassifika l-lista (billi tuża l-istilel ta’ klassifikazzjoni). Korsijiet li jkunu diġà saru biss jistgħu jingħataw reviżjoni. Jekk jogħġbok innota li r-reviżjoni tiegħek għandha tkun informattiva u tispjega x’taħseb dwar il-kors, kif kien utli għalik u jekk għandekx xi suġġerimenti għal titjib. Reviżjonijiet qosra (jiġifieri ta’ linja waħda) mhumiex aċċettabbli.

Kelli esperjenza ħażina ma’ fornitur ta’ kors (il-kors tagħhom ma kienx jaqbel mad-deskrizzjoni tiegħu, huma ma wiġbux l-ittri elettroniċi tiegħi, jew ikkanċellaw il-kors wara li kont diġà bbukjajt it-titjira tiegħi). X’għandi nagħmel?

Rating: 0/5

Peress li l-fornituri tal-kors jaġixxu bħala organizzazzjonijiet indipendenti, m'hemm l-ebda proċedura uffiċjali għal dawn l-ilmenti, iżda aħna nieħdu nota tagħhom waqt li nissorveljaw l-użu tal-katalogu.

Li tista’ tagħmel huwa, l-ewwel ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Erasmus+ tiegħek biex tispjega s-sitwazzjoni; huma jistgħu jagħtuk parir dwar jekk hemm xi ħaġa li jistgħu jagħmlu min-naħa tagħhom. Wara, għandek tikteb ukoll ittra elettronika uffiċjali lill-fornitur tal-kors, fejn tindika l-problema u anke titlob kumpens jekk tħoss li int intitolat għalih. Għandek ukoll tikklassifika l-kors tal-fornitur fil-katalogu tal-kors fuq il-pjattaforma, billi tipprovdi deskrizzjoni ċara tal-problemi tiegħek u tgħid għaliex il-kors ma ssodisfax l-aspettattivi tiegħek, sabiex skejjel oħra jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza tiegħek.

Il-kors li jien interessat fih għandu tliet sessjonijiet ix-xahar id-dieħel, iżda nista’ nara biss waħda mis-sessjonijiet fir-riżultati tat-tfittxija. Għaliex?

Rating: 0/5

Ir-riżultati tat-tfittxija juru korsijiet darba fix-xahar biss. Jekk kors ikollu aktar minn sessjoni waħda f'xahar partikolari, is-sessjoni li jmiss tkun elenkata u s-sessjonijiet l-oħra sempliċiment jissemmew. Biex tara s-sessjonijiet kollha li jmiss, idħol fil-paġna tal-kors innifsu.

X'inhi l-klassifikazzjoni li tidher marbuta ma’ fornitur tal-kors?

Rating: 0/5

Hija klassifikazzjoni medja bbażata fuq ir-reviżjonijiet kollha li rċevew il-korsijiet tal-fornitur. Biex tara r-reviżjonijiet individwali, jeħtieġ tiċċekkja l-paġni tal-kors tal-fornitur wieħed wieħed.

Ir-riżultati tat-tfittxija tal-Katalgu Kors jistgħu jiġu magħżula skont "l-aħjar klassifikazzjoni" jew "l-aktar riveduti". Xi jfissru dawn?

Rating: 0/5

"L-aħjar klassifikazzjoni" tfisser li l-korsijiet jiġu magħżula permezz tal-klassifikazzjoni medja tagħhom, bil-korsijiet li għandhom l-aqwa klassifika jkunu fuq nett.

"L-aktar riveduti" tfisser li l-korsijiet huma magħżula skont l-għadd ta’ reviżjonijiet li rċevew, bl-aktar korsijiet riveduti fuq nett.

Erasmus+ opportunitajiet u applikazzjonijiet ta’ finanzjament˅

Bħala skola/għalliem, kif nista’ nkun naf jekk kors jew xi offerta oħra tikkwalifika għal applikazzjoni tal-Erasmus+?

Rating: 4/5

Bħalissa m’hemmx aċċettazzjoni min qabel ta’ korsijiet jew offerti oħra. Nitolbu li l-iskejjel jużaw il-ġudizzju kritiku tagħhom meta jagħżlu korsijiet jew jippjanaw attivitajiet oħra. Innota wkoll li meta tagħżel kors, opportunità ta’ mobilità jew offerti ta’ sħubijiet strateġiċi mid-database mhuwiex garanzija li l-iskola se tingħata għotja tal-Erasmus+. Mhuwiex meħtieġ li kors, opportunita ta’ mobilità jew offerti ta’ sħubijiet strateġiċi jkunu elenkati fid-database biex ikunu inklużi f’applikazzjoni tal-Erasmus+.

Fejn nista’ nsir naf aktar dwar opportunitajiet ta’ fondi tal-Erasmus+?

Rating: 4/5

Biex issir taf aktar dwar opportunitajiet ta’ fondi tal-Erasmus+, kundizzjonijiet u dati ta’ skadenza, żuru l-websajt tal-Erasmus+ u aqra l-informazzjoni fl-aktar Gwida tal-Programm reċenti. Inti tista’ wkoll tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek għal aktar informazzjoni.

Tista’ tgħin lill-iskola tiegħi timla l-applikazzjoni tal-Erasmus+?

Rating: 4/5

Sfortunatament School Education Gateway ma tofrix dan l-appoġġ. Ikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali biex tara x’appoġġ jipprovdu.

Inti tista’ ssibha utli li tesplora d-database ta’ proġetti aċċettati tal-Erasmus+ biex issib suġġerimenti u ideat għall-applikazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok innota li l-kors onlajn "Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-Erasmus+ għall-iskejjel” maħluq minn School Education Gateway jipprovdu pariri u eżempji prattiċi għall-iskejjel interessati fil-Programm Erasmus+.

Teacher Academy˅

X’inhu t-Teacher Academy fuq School Education Gateway?

Rating: 4/5

It-Teacher Academy huwa punt uniku ta’ aċċess għal attivitajiet ta’ żvilupp professjonali inkluż:

  1. Servizz ta’ korsijiet online mfassal speċifikament għal School Education Gateway.
  2. Korsijiet fuq il-post li huma popolari ħafna u li diġà għenu lill-għalliema Ewropej jilħqu l-ħtiġijiet ta’ taħriġ tagħhom. L-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni fil-korsijiet jistgħu jiġu appoġġati mill-finanzjament tal-Erasmus+ (Azzjoni Ewlenija 1: Proġett ta’ mobilità għall-persunal edukattiv tal-iskejjel).
  3. Webinars: ingħaqad mal-attivitajiet ta' tagħlim qosra fuq is-suġġetti ta' kull xahar ta' School Education Gateway u lil hinn.
  4. Materials ta’ tagħlim versatili maħluqa mill-istituzzjonijiet tal-UE u proġetti ffinanzjati mill-UE.

Siti online u fuq il-post huma disponibbli fil-katalogu tal-korsijiet tal-Erasmus+.

Dwar xiex inhuma l-korsijiet online?

Rating: 4/5

Dawn il-korsijiet huma ddisinjati skont il-ħtiġijiet tal-għalliema, u jindirizzaw speċifikament xi wħud mill-ostakoli ewlenin indirizzati mill-għalliema fl-istħarriġ TALIS tal-OECD. Il-korsijiet huma disponibbli bl-Ingliż u b’lingwa waħda oħra.

Il-programm ta’ ħidma tal-korsijiet online ta’ Teacher Academy huwa appoġġat mill-Bord Konsultattiv Pedagoġiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-bord, ara hawn.

Kwalunkwe utent jista’ jżid kors online fil-katalgu tal-korsijiet?

Rating: 4/5

Korsijiet online fuq it-Teacher Academy huma kollha organizzati b’mod ċentrali fil-livell ta’ School Education Gateway. Għaldaqstant kurrentement huwa biss possibbli għall-amministrazzjoni ta’ School Education Gateway biex tippubblika korsijiet ġodda online. L-utenti kollha (fornituri tal-korsijiet) xorta jistgħu jippubblikaw il-korsijiet fuq il-post tagħhom bil-mod tas-soltu skont it-Termini u l-Kundizzjonijiet.

Korsijiet online ta’ Teacher Academy (MOOCs)˅

X’inhu MOOC? Kif nista’ nieħu sehem u nitgħallem f’MOOC?

Rating: 4/5

MOOCs (Massive Open Online Courses) huma korsijiet aċċessati b’mod miftuħ permezz tal-web. Jekk m’intix familjari mal-MOOCs, ara dan il-vidjo. Biex tieħu li tista’ mill-parteċipazzjoni f’MOOC ara dan il-vidjo.

Min jista’ jieħu sehem f’kors?

Rating: 4/5

Għalkemm il-korsijiet huma mmirati lejn il-prattikanti fil-klassi u professjonisti edukattivi li jaħdmu fl-iskejjel, kull min hu rreġistrat fi School Education Gateway jista’ jissieħeb.

Kemm jiswa biex tieħu sehem f’kors?

Rating: 5/5

Il-korsijiet online kollha pprovduti mit-Teacher Academy huma kompletament bla ħlas għall-parteċipanti kollha! Il-korsijiet huma ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-pjattaforma ta’ School Education Gateway.

Kemm iddum biex tagħmel f’kors?

Rating: 5/5

Dan ivarja bejn kors u ieħor iżda għal ħafna mill-korsijiet ikollok bżonn madwar 3-4 sigħat fil-ġimgħa biex it-temm modulu. L-idea hija li ddum madwar 30 minuta kuljum fuq l-iżvilupp professjonali tiegħek. Madanakollu, huwa f’idejk kemm tixtieq iddum fuq kors. Ħafna mill-parteċipanti fil-korsijiet tagħna qattgħu bejn 2-3 sigħat fil-ġimgħa iżda xi wħud qalu li daħlu fid-dettall u qattgħu iżjed sigħat.

Kif nirreġistra għal kors online fit-Teacher Academy?

Rating: 5/5

Biex tirreġistra f’kors online, l-ewwel għandek tirreġistra bħala utent fuq il-pjattaforma ta’ School Education Gateway. Jekk issibha diffiċli, jekk jogħġbok ara t-tutorial. Ladarba tidħol fi jew toħloq il-kont tal-utent tiegħek, mur fit-Teacher Academy biex tara l-korsijiet disponibbli online. Agħżel wieħed mill-korsijiet biex taċċessa l-paġna ewlenija tiegħu mbagħad ikklikkja fuq il-buttuna oranġjo “Irreġistra f’dan il-kors” fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna.

X’tip ta’ tagħmir jew softwer għandi bżonn għal parteċipazzjoni b’suċċess f’kors?

Rating: 5/5

Biex tipparteċipa f’kors online, m’għandek bżonn xejn aktar minn konnessjoni tal-internet stabbli u l-aktar verżjoni reċenti ta’ wieħed mill-brawżers ewlenin tal-Internet.

Il-korsijiet online tat-Teacher Academy tista’ tarahhom aħjar jekk tuża l-brawżers Chrome jew Firefox iżda hija ċċertifikata wkoll għal Internet Explorer, Windows Edge u Safari. Sfortunatament, kurrentement il-brawżer Opera mhuwiex appoġġat għalhekk forsi tesperjenza xi diffikultajiet żgħar jekk qed tuża dan il-brawżer.

F’xi korsijiet aħna noffru webinars, li huma seminars online ta’ siegħa f’ħin reali, li jużaw għodda msejħa Webex jew Adobe Connect. Fuq xi sistemi forsi tintalab tniżżel biċċa softwer żgħira biex din l-għodda taħdem. Għandek bżonn webcam jew mikrofonu għal dawn il-webinars.

Huwa meħtieġ li tuża l-midja soċjali għal kors?

Rating: 4/5

Għalkemm mhuwiex meħtieġ, l-użu tal-midja soċjali għal kors online tat-Teacher Academy jagħmel l-esperjenza aktar divertenti! Jekk tingħaqad fi gruppi tal-korsijiet ta’ Facebook u ssegwi d-diskussjonijiet, il-ħashtags tal-korsijiet ta’ Twitter jippermettulek tiltaqa’ ma’ parteċipanti li jaħsubha bħalek, tiskambja riżorsi u informazzjoni utli u taqsam il-ħsibijiet u l-ideat tiegħek dwar il-korsijiet. Ovvjament, m’għandekx tinsa tiċċekkja l-forums tal-korsijiet, fejn tista’ wkoll tistaqsi mistoqsijiet dwar il-kors u aħna nwieġbuk hemm.

Nirċievi ċertifikat diġitali għall-parteċipazzjoni tiegħi f’kors?

Rating: 4/5

Wara li jtemmu l-kors kollu b’suċċess, il-parteċipanti jirċievu ċertifikat diġitali tal-kors u badge diġitali tal-kors. Jekk jogħġbok sib aktar informazzjoni fuq il-politika taċ-ċertifikazzjoni ta’ kull kors billi żżur is-sezzjoni tal-Mistoqsijiet Komuni tal-kors speċifiku li tixtieq tattendi.

X’inhi badge diġitali (eBadge)?

Rating: 3/5

Badges diġitali huma indikaturi vvalidati li juru li ksibt ċertu ħiliet jew għarfien jew li temmejt ċertu kompiti. Tista’ tuża l-badges diġitali biex turi li temmejt il-kompiti u koprejt it-topiks f’kull modulu. Il-badges jistgħu jitqiegħu fuq il-profili online tiegħek jew tista’ timportahom fil-Mozilla Backpack tiegħek. Il-Mozilla Backpack huwa post fejn tista’ tiġbor il-badges diġitali kollha tiegħek minn għadd ta’ korsijiet u fornituri tat-taħriġ. Inti tista’ mbagħad tipprovdi link għal dan il-backpack lil impjegaturi potenzjali, li jkollhom informazzjoni ġenerali ċara tal-kisbiet tiegħek. Għal aktar informazzjoni, ara hawn: openbadges.org

Meta ttemm modulu ta’ kors, tingħata badge diġitali. Hemm ukoll badge tal-kors li tirċievi ladarba ttemm il-moduli kollha.

Lil min nista’ nsaqsi għall-għajnuna?

Rating: 5/5

Jekk għandek mistoqsijiet dwar kors online speċifiku, jekk jogħġbok żur is-sezzjoni tal-Mistoqsijiet Komuni ta’ dak il-kors. Jekk xorta ma tistax issib it-tweġiba hemm, jekk jogħġbok ħalli messaġġ fil-forum tal-kors taħt il-kategorija “Mistoqsijiet jew kwistjonijiet tekniċi” u nwiġbuk hemm, billi xi wħud mill-kollegi tiegħek jista’ jkollhom l-istess mistoqsijiet. Jekk għandek xi mistoqsijiet ġenerali dwar School Education Gateway jew it-Teacher Academy, jekk jogħġbok aqra din is-sezzjoni tal-Mistoqsijiet Komuni bir-reqqa biex issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar komuni.

Nista' naċċessa l-korsijiet tat-Teacher Academy wara t-tlestija tagħhom?

Rating: 3/5

Il-korsijiet jibqgħu miftuħa indefinittivament għal kull min jixtieq jibbrawżja l-kontenut u jsib modi kif itejjeb il-prattiċi pedagoġiċi tagħhom. Madankollu, jekk jogħġbok innota li wara l-kunsinna oriġinali tagħhom, il-korsijiet ma jiġux moderati u ebda ċertifikazzjoni ma tkun disponibbli.

Nista' nirċievi krediti formali għall-parteċipazzjoni fil-korsijiet tat-Teacher Academy?

Rating: 4/5

Jekk iċ-ċertifikat tal-kors finali huwiex rikonoxxut jew le mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tiegħek jew minn organizzazzjonijiet ta' akkreditazzjoni oħra, jiddependi minn kull pajjiż. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, s'issa ċ-ċertifikat mhux se jkun rikonoxxut formalment, iżda qed naħdmu mal-ministeri u l-universitajiet biex niżguraw li l-għalliema jiksbu r-rikonoxximent li jixirqilhom talli lestew il-korsijiet tagħna.

X'inhuma l-gruppi tal-alumni u l-bordijiet editorjali?

Rating: 3/5

Gruppi tal-alumni tal-korsijiet u bordijiet editorjali se jitwaqqfu fl-aħħar ta' kull kors sabiex jirrikonoxxu x-xogħol mill-aqwa tal-parteċipanti fil-kors u biex jipprovdu spazju għal interazzjoni kontinwa ta' ex-parteċipanti tal-kors. Kull min jispiċċa kors fit-Teacher Academy se jiġi mistieden jingħaqad mal-grupp tal-alumni tal-kors. Il-grupp tal-alumni joffri post lill-parteċipanti tal-kors biex ikomplu l-attivitajiet u l-iskambji ma' sħabhom wara li l-kors ikun intemm. Il-bord editorjali se jiġi reklutat mill-membri tal-grupp tal-alunni u se jkun magħmul minn 10-30 persuna li wrew impenn u xogħol mill-aqwa matul il-kors. L-iskop tal-bord huwa li jirrevedi u jikklassifika r-riżultati tal-kors iġġenerat mill-utent li ġew immarkati bħala notevoli, sabiex fl-aħħar nett jagħmlu għażla ta' xogħlijiet li jiġu editjati, tradotti u mbagħad ippubblikati professjonalment fuq School Education Gateway.

Għall-Fornituri tal-Korsijiet˅

Min jista’ jippowstja lista?

Rating: 4/5

Kulħadd jista’ jippowstja kors, opportunità ta' Mobilità jew talba għal sħubijiet strateġiċi fuq School Education Gateway. L-unika kundizzjoni biex toħloq lista hija li l-utenti jrid ikollhom kont ta’ login assoċjat ma’ organizzazzjoni, u kull organizzazzjoni jeħtieġ ikollha Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (PIC). Ladarba l-kont ikun stabbilit, l-utenti jistgħu jippowstjaw lista fi kwalunkwe sezzjoni. Dawk li jippowstjaw jintalbu jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ School Education Gateway.

Nista’ nippowstja lista li mhijiex relatata mal-edukazzjoni skolastika?

Rating: 4/5

School Education Gateway hija mmirata lejn il-komunità tal-iskola Ewropea. Biex il-pjattaforma tkun relevanti għal din il-komunità, aħna ma ninkoraġux listi relatati ma’ oqsma oħra (edukazzjoni ogħla, taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għall-adulti) sakemm m’għandhomx rabta u relevanza mal-edukazzjoni skolastika.

Kif nista’ nippostja lista fis-sezzjonijiet tal-Katalgu tal-Korsijiet/Opportunitàjiet tal-Mobilità/Sħubijiet Strateġiċi?

Rating: 4/5

Dan huwa spjegat fid-dettall fit-Tutorial tal-Għodod tal-Erasmus+ li huwa disponibbli fi 23 lingwa. Alternattivament, tista' tikkonsulta dan il-video għal struzzjonijiet pass pass.

Nixtieq noffri kors li jiġi organizzat diversi drabi. Għandi nippostjaha bosta drabi fil-Katalgu tal-Korsijiet?

Rating: 4/5

Jekk qed torganizza l-istess kors f’okkażjonijiet differenti, għandek toħloq il-kors darba biss fil-katalgu tal-korsijiet. Biex iżżid ħafna dati, uża l-opzjoni “sezzjonijiet multipli”. Issib l-istruzzjonijiet dwar kif tagħmel dan fit-Tutorial tal-Għodod tal-Erasmus+ (paġna 14).

Sessjonijiet ta’ kors jistgħu jsiru f’postijiet differenti?

Rating: 4/5

Bħalissa, inti tista’ tagħżel post wieħed biss għas-sessjonijiet differenti tal-kors tiegħek. Jekk il-kors tiegħek isir f’żewġ postijiet differenti, nissuġġerixxu li toħloq żewġ listi separati tal-kors. Jekk jogħġbok ara eżempju hawn taħt:

  • Kors ABC fl-Italja
    • Dati ta’ Sessjoni 1
    • Dati ta’ Sessjoni 2
    • Dati ta’ Sessjoni 3
  • Kors ABC fil-Polonja
    • Dati ta’ Sessjoni 1
    • Dati ta’ Sessjoni 2
    • Dati ta’ Sessjoni 3

Jiena ppostjajt kors xi żmien ilu iżda ma nistax nerġa’ nsibu fil-Katalgu tal-Kors. Għaliex jiġri dan?

Rating: 4/5

Il-viżibilità tal-korsijiet hija relatata mad-dati tal-bidu/tmiem. Ladarba kors ikun intemm, ma jibqax jidher fir-riżultati tat-tiftix fil-Katalgu tal-Kors. Jekk il-kors tiegħek għadu ma ntemmx iżda xorta ma tistax issibu hemm, nirrikmandaw li tiċċekkja jekk indikajtx id-dati tal-bidu u tat-tmiem b’mod korrett. Jekk jogħġbok innota wkoll li l-korsijiet jidhru awtomatikament f’ordni kronoloġika b’dawk l-aktar bikrin fuq in-naħa ta’ fuq tal-lista. Dan ifisser li aktar ma l-kors ser idum ma jibda, aktar ser jidher ’l isfel fil-lista.

Jiena fornitur tal-korsijiet u nixtieq nikkuntattja fornituri oħra tal-korsijiet. Fejn nista’ nagħmlu dan?

Rating: 4/5

Jekk inti fornituri tal-korsijiet u tixtieq tiddiskuti ma’ fornituri oħra, nissuġġerixxu li tingħaqad mal-grupp ta’ LinkedIn tagħna Fornituri tal-Korsijiet ta’ Erasmus+.

Kif nista’ nżid kors online fil-Katalgu tal-Korsijiet?

Rating: 4/5

Bħalissa fornituri esterni ta’ korsijiet jistgħu biss iżidu korsijiet fuq il-post (wiċċ imb wiċċ) fil-katalgu. Il-korsijiet online attwali fil-katalgu huma fornuti biss mit-tim ta’ School Education Gateway u esperti ta’ appoġġ.

Nista' nħassar lista li ħloqt?

Rating: 3/5

Dejjem tista' tħassar il-listi tiegħek stess, sakemm ma jkunux diġà ġew ikklassifikati jew riveduti. Biex tagħmel dan, mur fil-profil tiegħek u fl-istrixxa tal-amministrazzjoni tal-items tiegħek (pereżempju mur fuq "Korsijiet", "Korsijiet tiegħi"). Sib l-item li tixtieq tneħħi, u kklikkja fuq il-link "ħassar" taħtu.