Tagħrif

Ippreżentata fi 23 lingwa Ewropea, School Education Gateway hija punt uniku ta' dħul għall-għalliema, mexxejja tal-iskejjel, dawk li jfasslu l-politika, esperti u professjonisti oħra fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika. Ingħaqad illum u ibqa' infurmat/ a dwar il-politika u l-azzjoni Ewropea għall-iskejjel!

  • L-aħħar - Għarfien ġdid fil-politika u l-prattika Ewropea: fl-edukazzjoni skolastika: artikli qosra ġodda, kalendarju tal-attivitajiet, u kollezzjoni ta' Prattiki Tajba minn proġetti u klassijiet Ewropej.
  • Opinjonijiet - Is-sors tiegħek ta' opinjonijiet u ideat esperti Ewropej fl-edukazzjoni skolastika pprovduta permezz ta' artikli u intervisti. Inti tista' wkoll tieħu sehem fi stħarriġ qosra minn żmien għal żmien dwar topiks interessanti u ssemma' l-opinjoni tiegħek!
  • Riżorsi - Pubblikazzjonijiet biex iżżomm ruħek aġġornat, tutorials lesti għall-użu u materjali ta' tagħlim, mill-Ewropa għall-klassi tiegħek! Skopri wkoll kif il-European Toolkit għall-Iskejjel tista' tgħin lilliskola tiegħek tippromwovi l-edukazzjoni inklussiva u tindirizza t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien; jew riżorsi attwali oħrajn, bħal prattiki tajba u linji gwida għat-tagħlim intraprenditorili.
  • Paġni ta’ temi - Esplora l-kontenut permezz tad-disa’ prijoritajiet ewlenin tal-UE fl-Edukazzjoni Skolastika: 
  • Teacher Academy - Teacher Academy tippermetti lill-għalliema jiskopru firxa wiesgħa ta' opportunitajiet ta' taħriġ u riżorsi għall-klassi tagħhom. Din tikkonsisti f'katalgu ċentrali tal-korsijiet b'informazzjoni dwar korsijiet waqt is-servizz fuq il-post minn fornituri tal-korsijiet indipendenti, il-korsijiet bla ħlas online, ta' School Education Gateway stess u għażla ta' materjali ta' tagħlim żviluppati mill-għalliema tal-eTwinning,
    istituzzjonijiet tal-UE u proġetti oħra ffinanzjati mill-UE.

  • Opportunitajiet tal-Erasmus+ - Skejjel madwar l-Ewropa jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet ta' finanzjament ipprovduti mill-Programm tal-Erasmus+, tal-Kummissjoni Ewropea inkluż appoġġ għal korsijiet ta' taħriġ u assenjazzjonijiet ta' tagħlim għall-iżvilupp professjonali, jew il-parteċipazzjoni fi sħubijiet ta' proġetti. Skopri t-tliet għodod li School Education Gateway tipprovdi lill-iskejjel biex jippreparaw l-applikazzjonijiet
    tagħhom tal-Erasmus+!
  • Għodod Ewropej għall-Iskejjel - L-Għodod jippromwovu approċċ skolastiku sħiħ biexitejbu l-inklużività u jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskola. Jistgħu jgħinu lill-kapijiet tal-iskejjel, lill-għalliema u lil nies oħra jidentifikaw x'hemm bżonn isir biex jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskola u jsibu soluzzjonijiet adattati. L-Għodod jiġbru xhieda, dokumenti u prattiki tajba ta' approċċi kollaborattivi, fost l-iskejjel u ġo fihom, li jistgħu jiġu implimentati f'kuntesti ta' skejjel differenti.

Is-School Education Gateway hija ffinanzjata mill-Erasmus+, Il-programm Ewropew għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isports. Din hija operata għad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea minn European Schoolnet, sħubija internazzjonali ta’ 31 Ministeru tal-Edukazzjoni Ewropew li tiżviluppa t-tagħlim għall-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti madwar l-Ewropa. School Education Gateway għandha rabta mal-eTwinning, il-komunità għall-iskejjel fl-Ewropa.

Newsletter

In-newsletter ta’ School Education Gateway tiġi ppubblikataa erba’ darbiet fis-sena bl-Ingliż.

Pakkett ta' promozzjoni ta' School Education Gateway

Niżżel il-pakkett promozzjonali bil-Malti hawn (.ZIP, ~27 MB).

Ħafna mill-materjali huwa disponibbli bi 23 lingwa; jekk tixtieq tniżżilhom b’lingwa differenti, jekk jogħġbok agħżel dik il-lingwa mill-menù fin-naħa ta’ fuq fil-lemin, u erġa’ skrollja ’l isfel fis-sezzjoni tal-pakkett promozzjonali.

Xi materjali huma disponibbli biss bl-Ingliż; ‘dak il-każ, tista’ tniżżel il-fajls oriġinali tas-sors hawn (.ZIP, ~39 MB).

Kif tuża s-School Education Gateway

Topiks

Il-kontenut tas-sit elettroniku (aħbarijiet, prattiki tajba, artikli minn esperti, pubblikazzjonijiet, eċċ.) huma indiċjati taħt topiks differenti, biex jgħinuk issib il-kontenut relevanti li jaqbel mal-interessi tiegħek. It-topiks huma marbuta mal-prijoritajiet tal-politika għall-iskejjel tal-Kummissjoni Ewropea. Biex tfittex skont it-topik, mur fuq il-paġna tat-tiftix, u agħżel it-topik tal-għażla tiegħek.

It-Tagħlim Stadji & gruppi ta’ studenti Il-governanza tal-iskola Kompetenzi
  • Evalwazzjoni
  • Attendenza
  • Ġestjoni tal-Klassi
  • Diversità kulturali
  • Kurrikulu
  • Għodod diġitali
  • Ambjent ta’ tagħlim
  • Mobilità
  • Pedagoġja

Oqsma ta’ Enfasi ta’ kull xahar

Kull xahar School Education Gateway se tiffoka fuq topi speċifiku. Skopri suġġetti passati u li ġejjin hawn:

Suġġetti ta' kull xahar 2019 Suġġetti ta' kull xahar 2018
Jannar Ċittadinanza attiva Il-wirt kulturali: mużewijiet, l-istorja u t-tagħlim kulturali
Frar L-indirizzar tal-bullying Il-Valuri: appoġġ għall-kultura tal-inklużjoni
Marzu Tagħlim personalizzat Il-valutazzjoni għat-tagħlim
April Bżonnijiet Edukattivi Speċjali L-edukazzjoni diġitali
Mejju Il-logħob fl-iskejjel STEAM: interdixxiplinarjetà u l-innovazzjoni
Ġunju L-ambjent u d-dinja tagħna Mobilità: niftħu l-imħuħ, aktar involviment
Lulju Il-ġenituri L-arti: skejjel kreattivi, żgħażagħ kreattivi
Awwissu Il-bidu tat-tagħlim It-tagħlim meta
Settembru Klassijiet multilingwi Il-lingwi
Ottubru Spazji ta' tagħlim It-tagħlim Intraprenditorili
Novembru Riċerka dwar l-edukazzjoni tal-iskola Il-karrieri tal-għalliema: mogħdijiet professjonali
Diċembru Skejjel transkonfinali u rurali Il-wirt kulturali: reliġjonijiet, festivals u tradizzjonijiet

Sottomissjonijiet tal-utenti

Għandek kontenut interessanti li tixtieq tara ppubblikat fuq School Education Gateway? Uża din il-formola online biex tibgħatilna suġġerimenti għall-kontenut. Qabel tibgħat, jekk jogħġbok agħti ħarsa lejn it-tipi ta’ kontenut u t-topiks ta’ kull xahar tagħna. Jekk tixtieq tissuġġerixxi kontenut għal topik speċifiku tax-xahar, jekk jogħġbok ibgħatha tliet xhur bil-quddiem. Sfortunatament, ma nistgħux nippubblikaw il-kontenut issuġġerit kollu, iżda t-tim editorjali jara s-suġġerimenti kollha u jinforma lill-mittenti jekk il-materjal huwiex magħżul għall-ippubblikar. Aħna nirriżervaw ukoll id-dritt li neditjaw kull kontenut sottomess qabel jiġi ppubblikat. 

Għal mistoqsijiet komuni, jekk jogħġbok uża l-formola komuni tal-kuntatt.

Erasmus+ l-anniversarju ta’ 30 sena: Tixtieq taqsam l-esperjenza tiegħek mal-Programm Erasmus+? Aqsam l-istorja tiegħek hawn.